PROGRAMMI KULTURALI GHAX-XAHAR TA`SETTEMBRU
| Il-Kumitat | Festi Nazzjonali ħejja programm ta’ attivitajiet speċjali għall-festi tal-Vittorja u ta` l-Indipendenza. L-avvenimenti kulturali ser ikunu mifruxin fuq ix-xahar ta’ Settembru kollu. |
| L-avvenimenti | marbutin mal-festa tal-Vitorja huma dawn: |
| Il-Ġimgħa | 5 ta’ Settembru |
· Ser jittella’ Kunċert bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti mill-Orkestra Nazzjonali fil-bitħa tal-Palazz fil-Belt Valletta.
Il-Ħadd 7 ta’ Settembru
· Il-Kor Sancti Juliani ta' San Ġiljan - kor tat-tfal li ppartecipa f'diversi kunċerti anke barra minn Malta - jieħu sehem f’kunċert fi Pjazza Ħelsien fil-Belt Valletta. Waqt din is-serata se jintwerew siltiet mill-film Il Diario li hu maħdum mill-Kumpanija Taljana Onion Studios. Dan jitratta l-Assedju ta' Malta fis-Sajf tal-1565. Wara l-kunċert isir diskors kommemorattiv mis-Sindku tal-Belt Valletta, l-avukat Paul Borġ Olivier. Fl-aħħar tas-serata jsir it-tqegħid tal-kuruni mill-Onor. Prim Ministru, il-Kap ta' l-Opozizzjoni, l-iSpeaker tal-kamra tad-deputati u diversi persuni distinti oħra.
It-Tnejn, 8 ta' Settembru
· Issir Quddiesa Pontifikali fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann fid- 9.30am.
· Wara nofs in-nhar issir ir-Regatta fil-Port il-Kbir. L-ewwel tiġrija tibda fis-2.00am. Se jkun hemm għaxar tiġrijiet - ħamsa fil-kategorija Open u Ħamsa fil-kategorija ta' taħt it-23 sena. F’ 9 mill-10 tiġrijiet li se jkun hemm il-preżenza tal-klabbs kollha sinonimi mar-Regatta, jiġifieri Birgu, Bormla, Kalkara, Marsa, Marsamxett u Isla.
| L-attivitajiet | għall-festa tal-Indipendenza ser ikunu mifruxin fuq il-ġimgħa li twassal għall-21 ta’ Settembru u ser ikunu jinvolvu anke attivitajiet għaż-żgħażagħ. |
| Il-Ġimgħa, | 12 ta’ Settembru |
· Il-mużew ta` l-Arkejoloġija, l-Armerija tal-Palazz, Casa Rocca Piccola u l-Mużew tal-Arti ser jinfetħu b’xejn għaż-żgħażagħ taħt is-26 sena. Dawn il-mużewijiet ser jibqgħu miftuħin sad-9.00pm.
· Filgħaxija ser jittella festival taż-żgħażagħ fil-palazz il-Belt. Fost l-artisti li ser jieħdu sehem fil-festival hemm:
o Ġukulari Ensemble
o Etnika
o El Fuego
Il-Ġimgħa 19 ta’ Settembru
· Filgħaxija ser jittella kunċert ieħor mill-Orkestra Nazzjonali fil-Palazz fil-Belt Valletta. Dan il-Kunċert ser ikun miftuħ għall-pubbliku.
| Intant, | bejn id-19 u l-21 ta’ Settembru ser jittellgħu numru ta’ attivitajiet marbutin mal-ftuħ taċ-Chinese Cultural Centre fil-Belt Valletta fid-19 ta’ Settembru. |
| Il-Ġimgħa | 19 ta’ Settembru |
· Filgħaxija ser jittella spettaklu li ser ikun miftuħ għall-pubbliku minn grupp folkloristiku Ċiniż fl-Mediterranean Conference Centre
Il-Hadd21 ta’ Settembru
· Filgħaxija l-istess grupp Ċiniż ser itella spettaklu ieħor fil-Yacht Marina tal-Birgu. Dan l-ispettaklu wkoll ser ikun miftuħ għall-pubbliku.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en