Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U L-KULTURA JĦABBAR IL-KALENDARJU TA’ AVVENIMENTI KULTURALI GĦAL SETTEMBRU

pr1012
Date Icon 04/09/2003
Il-Ministrugħaż-Żgħażagħ u l-Kultura, l-Onor. Jesmond Mugliett illum ħabbar il-kalendarju ta’ avvenimenti kulturali għax-xahar ta’ Settembru.
Metakien qed jindirizza konferenza ta` l-aħbarijiet, il-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura qal li dan il-kalendarju jixhed il-mod ġdid ta’ kif ser jibdew jiġu organizzati l-avvenimenti kulturali tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura.
Il-Ministruqal li l-kalendarju għal-Settembru huwa l-frott ta’ kordinazzjoni bejn tlett kolonni li jserraħ fuqhom il-Ministeru - Heritage Malta, il-Kumitat Festi Nazzjonali u l-Kunsill Malti għall-Kultura u Arti.
“Ta’spiss tinduna li jekk taqbad attivita` ta’ arti u ittellagħha f’post storiku tkun qed tagħtiha aktar valur u tressaq aktar nies lejn l-arti u s-siti storiċi,” qal il-Ministru Mugliett.
Hużied li l-istess jista’ jingħad għall-festi nazzjonali bħall-festa tal-Vittorja,  l-iktar waħda li għandha attivitajiet kulturali abbinati magħha fost il-ħames festi nazzjonali.
“Jekkinżidu l-kontenut artistiku marbut ma’ attivitajiet bħar-Regatta inkunu qed ngħinu biex niġbdu aktar nies, li forsi m’humiex dilettanti tar-Regatta,  lejn dan l-avveniment tradizzjonali. Bl-istess mod inkunu nistgħu indaħħlu wkoll l-aspett storiku u reliġjuż ta’ din il-Festa. Is-sena d-dieħla ser naħdmu biex ir-Regatta tibda tieħu din il-forma,” il-Ministru Mugliett żied jghid.
Filwaqtli semma wħud mid-dettalji tal-kalendarju kulturali, il-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura qal li bħal issa għaddej eżerċizzju fejn qed jiġu analizzati l-attivitajiet kulturali li qed jsiru f’pajjiżna. “Dan għandu jwassalna biex nagħtu spazju lill-espressjonijiet ta` l-arti kollha, anke permezz ta` l-għajnuna li ngħaddu lil bosta organizzazzjonijiet f’dan il-qasam.”
Il-Ministruqal li sabiex jiżdiedu ir-rappreżentazzjonijiet kulturali għaż-żgħażażgh qed tittella’ ġurnata għaż-żgħażagħ bħala parti mill-Festi ta` l-Indipendenza fit-12 ta’ Settembru. Hu żied li minbarra festival għaż-żgħażagħ filgħaxija, bħala parti minn din l-attivita`, id-dħul f’numru ta’ mużewijiet li jaqgħu taħt Heritage Malta ser ikun b’xejn għaż-żgħażagħ taħt is-26 sena.
Il-MinistruMugliett qal li dan il-kalendarju huwa pilot project li jkun jista’ jiġi applikat fi framework iktar stabbilit is-sena d-dieħla.
Il-Ministrugħaż-Żgħażagħ u l-Kultura semma wkoll il-ftuħ taċ-Ċentru Kulturali Ciniż fid-19 ta’ Settembru. Iċ-Ċentru, li qiegħed fi Triq Melita fil-Belt, ser jinfetaħ mill-Viċi Ministru Ċiniż responsabbli mill-Kultura.
Għaldin l-okkażjoni ser tiġi hawn Malta dance troupe miċ-Ċina li ser ittella spettaklu ta’ żfin fiċ-Ċentru għall-Konferenzi ta’ Dar il-Mediterran fid-19 ta’ Settembru. L-istess truppa ser ittella wirja fil-Marina tal-Kottonera jumejn wara, f’nhar l-Indipendenza. Id-dħul għall-attivitajiet kollha ser ikun b’xejn.
“Dawnl-avvenimenti għalina jfissru tluq mill-bidu għall-kif jsiru l-attivitajiet kulturali f’pajjiżna. Irridu niffurmaw sinerġiji ġodda – indaħħlu l-arti mal-wirt storiku, rappreżentazzjonijiet artistici fil-festi nazzjonali u anke aktar rappreżentazzjoni għaż-żgħażagħ. Sinerġiji bħal dawn għandhom jagħmlu l-attivitajiet tagħna iktar interessanti.”
“Aħnaser inkunu qed inħarsu lejn ir-reazzjoni tal-poplu biex aktar ’l quddiem noħorġu b’qafas sod għall-attivitajiet kulturali kollha ta’ pajjiżna,” temm jgħid il-Ministru Mugliett.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow