IL-POZIZZJONI TA’ MALTA DWAR IL-KOSTITUZZJONI EWROPEA
pr1009
02/09/2003
| Il-Ministeru | ta’ l-Affarjiet Barranin jikkonferma li Malta ma gietx mistiedna ghall-laqgha li nzammet fi Praga. Din il-gimgha stess se ssir laqgha Ministerjali informali bejn il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Pajjizi Membri tal-Unjoni Ewropea u dawk tal-Pajjizi li se jissiehbu, fejn ghalhekk il-Ministru Borg se jkollu l-okkazjoni li jiddiskuti mal-Ministri shabu, l-Kostituzzjoni Ewropea, li hija wahda mit-temi ta' din il-laqgha. |
| Il-Gvern | Malti ghaddej ukoll b'diskussjonijiet bilaterali ma’ diversi pajjizi fuq dan is-suggett. Il-Ministru ta’ l-Affarjiet Barranin tal-Finlandja gej Malta nhar is-Sibt li gej, fejn t-tahditiet ser jikkoncentraw fuq il-kooperazzjoni meta tibda l-Konferenza Intergovernattiva. Ftit gimghat ilu kien hawn f'pajjizna l-Ministru ta’ l-Affarjiet Barranin Portugiz fejn ukoll saru diskussjonijiet dwar dan. Hemm previsti laqghat ohra ta' din ix-xorta. |
| Malta | ghandha l-pozizzjoni taghha dwar it-Trattat propost ghall-Kostituzzjoni Ewropea. Il-qafas tal-pozizzjoni Maltija diga gie espress mill-Prim Ministru waqt il-Kunsill Ewropew li sar f'Salonika f'Gunju li ghadda. Malta behsiebha tipprezenta l-pozizzjoni taghha fil-Konferenza Intergovernattiva li ser tibda fl-4 ta' Ottubru u lesta tahdem kemm flimkien ma’ pajjizi ohra ta' l-istess fehma fejn dan ikun indikat, u anke indipendentement minn pajjizi ohra. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en