Imhabbra Riforma fl-Edukazzjoni Inklussiva
pr1006
02/09/2003
| Il-Ministeru tal-Edukazzjoni | qed jippjana riforma fil-politika tieghu dwar l-Edukazzjoni Inklusiva fl-iskejjel statali. Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea meta dalghodu zar Skolasajf fl-iskola Primarja ta’ Hal Lija, fejn segwa sessjoni minn kors organizzat apposta biex johloq gharfien fl-istudenti ghal htigijiet ta’ studenti b’dizabilita’. |
| Il-Ministru | Galea qal li l-iskop tar-riforma fl-edukazzjoni inklussiva huwa li din issir aktar effettiva u tghin biex l-istudenti bi htigijiet specjali verament jigu ntegrati fis-sistema edukattiva. Wiehed irid ukoll jara kif l-istess servizzi moghtija lill-persuni b’dizazbilita’ jghinu studenti ohra li jaqghu lura fit-taghlim ghal xi raguni jew ohra. |
| Sa tmiem is-sena skolastika li ghaddiet kien hemm 735 student | b’dizabilita’ jattendu l-iskejjel Primarji tal-Gvern f’Malta u 75 f’Ghawdex; filwaqt li 187 student f’Malta u 32 f’Ghawdex. attendew mill-iskola Sekondarja ‘l fuq. Il-Gvern jimpjega 320 facilitator kif ukoll 280 Supply Kindergarten Assistants li jipprovdu ghajnuna lill-istudenti bi htigijiet specjali. 267 student jattendu fl-iskejjel specjali. B’kollox f’dawn l-iskejjel hemm jghallmu mal-120 ghalliem bejn ghalliema regulari, facilitators u Kindergarten Assistants. |
| Il-kors | mifrux fuq tlitt ijiem inghata f’20 skola f’Malta u Ghawdex u kien jifforma parti minn Skolasajf, immexxija mid-Divizjoni tal-Edukazzjoni. L-idea kienet inizzjattiva ta’ l-istess Divizjoni li talbet lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni B’Dizabilita’ biex tghinha tfassal kors qasir ghall-istudenti biex taghmilhom aktar konxji mill-htigijiet tal-istudenti li ghandhom dizabilta’. Fil-fatt il-kors jikkoncentra fuq erba’ tipi ta’ dizabilita’: in-nuqqas ta’ dawl, in-nuqqas ta’ smiegh, dizabilita’ fizika u dizabilita’ mentali. F’dawn is-sessjonijiet taw sehemhom persuni b’xi wahda minn dawn id-dizabilitajiet, li tkellmu dwar l-esperjenzi taghhom. |
| Din | hija l-ewwel darba li qed isir dan it-tip ta’ kors fl-iskejjel tal-Gvern. L-inizzjattiva ittiehdet anki fid-dawl tal-fatt li din is-sena hija s-Sena Internazzjonali tal-Persuni b’Dizabilita’ u l-Motto maghzul minn Skolasajf ghall-2003 huwa “Lejn Valur b’Impenn” (Committed Towards Values). |
| Prezenti | waqt iz-zjara ta’ dalghodu kien hemm ukoll ic-chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilita’ is-Sur Joe Camilleri, id-Direttur ghas-Servizzi tal-Istudenti u Relazzjonijiet Internazzjonali tad-Divizjoni tal-Edukazzjoni Mary Rose Mifsud u l-Ko-ordinatur ta’ Skolasajf is-Sur Salvu Saliba. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en