Left arrow Mur Lura

Lista ta’ għasafar bi protezzjoni speċjali

pr1003
Date Icon 29/08/2003
Il-Ministerugħall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent approva lista ta’ għasafar li ngħataw protezzjoni akbar minn għasafar oħra.
Dinil-lista tfasslet fuq parir tal-Kumitat Ornis li jinkludi rappreżentanti tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti u tal-Birdlife Malta.  L-għasafar l-oħra kollha għadhom imħarsa bil-liġi kif kienu sal-lum.
L-ispeċili ngħataw protezzjoni speċjali huma:

·     iċ-ċiefa (cory shearwater); il-garnija (mediterranean shearwater); l-ispanjulett sekond (lesser kestrel);

·     il-kuċċarda (honey buzzard); il-kuċċarda prima (common buzzard);

·     il-bugħadam aħmar (marsh harrier); il-bugħadam abjad prim (hen harrier); il-bugħadam griż (montagu harrier); il-bugħadam abjad (pallid harrier);

·     l-ajkla bajda (short-toed eagle); l-ajkla tat-tikki (lesser spotted eagle); l-ajkla tal-kalzetti (booted eagle);

·     l-arpa (osprey); ir-russett aħmar (purple heron); l-agrett isfar (squacco heron); l-agrett abjad (little egret) u l-kwakka (night heron). 

Kull min jinqabad jagħmel reat fuq għasfur li għandu ħarsien speċjalijista’ jeħel multa ta’ mhux inqas minn Lm50 iżda mhux aktar minn Lm1,000 u l-konfiska tal-arma. Il-Qorti tista’ wkoll tordna s-sospensjoni tal-liċenza jew il-permess għal perjodu ta’ mhux inqas minn sena.
Fil-każ tat-tieni reat, jew għal kull reat ieħor li jsir,il-persuna tkun suġġetta għal multa ta’ mhux anqas minn Lm100 iżda mhux aktar minn Lm2,000 jew għal priġunerija ta’ mhux aktar minn sentejn, jew għal dik il-multa u l-priġunerija flimkien, u kif ukoll il-konfiska tal-arma.  Il-Qorti tista’ wkoll tordna s-sospensjoni tal-liċenza jew il-permess għal perjodu ta’ mhux anqas minn sena iżda mhux aktar minn tliet snin.
Dinil-lista ġiet ppublikata fil-ħarġa tal-lum tal-Gazzetta tal-Gvern.
Il-Ministerugħall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ħejja wkoll kampanja ta’ tagħrif dwar dawn ir-regolamenti li se tinkludi spots fuq it-televiżjoni kif ukoll riklami fuq il-gazzetti.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow