Lista ta’ għasafar bi protezzjoni speċjali
| Il-Ministeru | għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent approva lista ta’ għasafar li ngħataw protezzjoni akbar minn għasafar oħra. |
| Din | il-lista tfasslet fuq parir tal-Kumitat Ornis li jinkludi rappreżentanti tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti u tal-Birdlife Malta. L-għasafar l-oħra kollha għadhom imħarsa bil-liġi kif kienu sal-lum. |
| L-ispeċi | li ngħataw protezzjoni speċjali huma: |
· iċ-ċiefa (cory shearwater); il-garnija (mediterranean shearwater); l-ispanjulett sekond (lesser kestrel);
· il-kuċċarda (honey buzzard); il-kuċċarda prima (common buzzard);
· il-bugħadam aħmar (marsh harrier); il-bugħadam abjad prim (hen harrier); il-bugħadam griż (montagu harrier); il-bugħadam abjad (pallid harrier);
· l-ajkla bajda (short-toed eagle); l-ajkla tat-tikki (lesser spotted eagle); l-ajkla tal-kalzetti (booted eagle);
· l-arpa (osprey); ir-russett aħmar (purple heron); l-agrett isfar (squacco heron); l-agrett abjad (little egret) u l-kwakka (night heron).
| Kull min jinqabad jagħmel reat fuq għasfur li għandu ħarsien speċjali | jista’ jeħel multa ta’ mhux inqas minn Lm50 iżda mhux aktar minn Lm1,000 u l-konfiska tal-arma. Il-Qorti tista’ wkoll tordna s-sospensjoni tal-liċenza jew il-permess għal perjodu ta’ mhux inqas minn sena. |
| Fil-każ tat-tieni reat, jew għal kull reat ieħor li jsir, | il-persuna tkun suġġetta għal multa ta’ mhux anqas minn Lm100 iżda mhux aktar minn Lm2,000 jew għal priġunerija ta’ mhux aktar minn sentejn, jew għal dik il-multa u l-priġunerija flimkien, u kif ukoll il-konfiska tal-arma. Il-Qorti tista’ wkoll tordna s-sospensjoni tal-liċenza jew il-permess għal perjodu ta’ mhux anqas minn sena iżda mhux aktar minn tliet snin. |
| Din | il-lista ġiet ppublikata fil-ħarġa tal-lum tal-Gazzetta tal-Gvern. |
| Il-Ministeru | għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ħejja wkoll kampanja ta’ tagħrif dwar dawn ir-regolamenti li se tinkludi spots fuq it-televiżjoni kif ukoll riklami fuq il-gazzetti. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en