Left arrow Mur Lura

Ftehim bejn Malta Drydocks u l-Iskola Lorenzo Gafa'

PR100
Date Icon 27/01/2003
Iġġedded ftehim bejn il-management tal-Malta Drydocks Corporation u l-IskolaSekondarja Lorenzo Gafa', Cottonera, li jagħti l-opportunita' lil grupp ta' studenti fl-ogħla klassijiet biex jieħdu sehem fi skema ta' orjentazzjoni għax-xogħol.
L-iskema tagħti possibbilta' lil gruppi ta' studentijżuru d-Drydocks regolari biex jaraw u jużaw ċerti faċilitajiet, biex jisimgħu dwar opportunitajiet ta' karrieri kif ukoll dwar l-iskemi ta' apprentistat f'livell tekniku - it-Technician Apprenticeship Scheme, u l-Extended Skill Training Scheme, u fl-istess ħin jaraw l-importanza ta' saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol.
Din l-inizjattiva tinkorpora kors ta' erba' ġimgħatlil ħamsa u għoxrin student fil-vaganzi tas-sajf fil-Malta Drydocks biex l-istudenti jifhmu aħjar b'esperjenza diretta u fit-tul fuq post tax-xogħol ir-rabta bejn it-tagħlim ta' l-iskola u l-karriera futura tagħhom. Fil-fatt, l-istudenti jkunu mistennija li jsegwu l-kors kollu b'attenzjoni u dedikazzjoni u jingħataw anke pocket money. Dan għandu jwassal biex jgħolli l-istima ta' l-istudenti nfushom kif ukoll l-imġiba tagħhom f'post li jgħabbihom b'ċerta responsabbilta' u awtonomija.
L-iffirmar tal-ftehim sar mis-Sur Restall, HumanResources Manager, Malta Drydocks, u mis-Sur Joseph Axisa, Kap ta' l-Iskola, fil-preżenza tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, is-Sur Paul A Attard, li wera l-importanza ta' din l-iskema għaliex ssaħħaħ it-tagħlim mhux biss tat-teknoloġija iżda wkoll ta' suġġetti oħrajn fil-kurrikulu fil-livell sekondarju għaliex turi r-rabta mill-qrib li hemm bejn studju u xogħol. Hu saħaq li l-Ministeru ta' -Edukazzjoni jixtieq li aktar industriji joffru opportunitajiet simili lil studenti fi skejjel sekondarji u junior lyceums.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

Aktar Stqarrijiet Right arrow