Left arrow Go Back

Reġistrazzjoni ta’ art agrikola minn bdiewa residenti f’Ħaż-Żabbar

PR09
Date Icon 06/01/2003
Il-Ministeru ta’ l-Agrikultura u s-Sajd qed iniedi eżerċizzju biexl-art kollha agrikola f’Malta (ta’ kull daqs) tkun reġistrata.
Għal dan l-iskop, kull min jaħdem xi art agrikola f’Malta(jew f’Għawdex) u hu residenti f’Ħaż-Żabbar, għandu jirreġistra din l-art mad-Dipartiment ta’ l-Agrikultura. Dan is-servizz se jingħata bla ħlas.
Uffiċjali mid-Dipartiment ta’ l-Agrikultura sejkunu fl-Uffiċċju ta’ l-Extension Service, Triq il-Kunvent, Ħaż-Żabbar (ħdejn iċ-Ċentru Ċiviku), mit Tnejn, 13 ta’ Jannar 2003, sal-Hadd, 16 ta’ Frar 2003, fil-ħinijiet imniżżla hawn taħt;
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mis-7:00 ta’ filgħodu sanofs in-nhar u mill-4:00 sas-7:00 ta’ filgħaxija
Is-Sibt u l-Ħadd: mis-7:00 ta’ filgħodu sa nofsin-nhar
Il-bdiewa għandhom jieħdu magħhom il-Karta ta’Identità, kif ukoll xi dokumenti relevanti għall-art li tinħadem bħalma huma l-biljett tar-raba’ u l-pjanta tar-raba’ jekk hu possibbli. Bdiewa li ma jkollomx l-art tagħhom ireġistrata f’dan l-eżerċizju ta’ reġistrazzjoni jistgħu ma jikkwalifikawx għal skemi ta’ għajnuna. Se tingħata pjanta ta’ l-art li jaħdem il-bidwi biex tinżamm bħala riferenza għall- quddiem. F’każ ta’ xi diffikultà wieħed jista’ jċempel il-Ministeru ta’ l-Agrikultura u s-Sajd, Taqsima tal-IACS, fuq in-numru tat-telefon 21225236.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow