STQARRIJA MILL-FACILITA` KORRETTIVA TA’ KORDIN
PR07
06/01/2003
| Nhar il-Gimgha, 3 ta’ Jannar 2003, Mario Camilleri li huwa resident | fil-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin intbaghat bi prison leave taht skorta ta’ ufficjali tal-habs, sabiex jattendi ghar-riceviment ta’ gheluq snin it-tifel tieghu. Ir-riceviment sar fir-residenza tieghu stess. |
| Waqt ir-riceviment, Mario Camilleri ma kienx qieghed | igib ruhu sew skond ir-regolamenti tal-habs u ghalhekk l-iskorti li kellu mieghu gibdulu l-attenzjoni sabiex jibqa’ l-hin kollu taht il-vista taghhom. F’hin minnhom l-iskorti ndunaw ukoll li Mario Camilleri kien qieghed jixrob xi haga li kienet tinkludi l-alkohol u meta ndunaw b’dan l-iskorti ddecidew li jtemmulu l-prison leave u haduh lura l-Habs. Il-vista b’kollox damet madwar 90 minuta. |
| Minhabba li kien suspettat li Camilleri seta’ | kkonsma l-alkohol, huwa ttiehed l-isptar biex l-awtoritajiet tal-Habs ikollhom konferma ta’ dan. Izda, kontrarju ghal dak li ntqal fil-mezzi ta’ l-istampa, il-prigunier in kwistjoni ma kkunsmax tant alkohol li wasslu biex jidhol fil-Habs "jixxengel presumibilment fis-sakra." |
| Wara li sar rapport mill-iskorti bdew jittiehdu passi | dixxiplinarji kontra Mario Camilleri. Camilleri tpogga f’’divizjoni sitta, li hija meqjusa divizjoni tal-kastigi. |
| Tajjeb li jinghad illi kull prigunier jista’ | japplika sabiex jiehu prison leave u dan skond ir-regolamenti tal-habs. Fil-fatt skond ir-regolamenti tal-habs kull prigunier jista japplika ghal special leave f’zewg okkazjonijiet fis-sena. Fil-kaz ta’ Mario Camilleri dan ghamel talba lill Qorti sabiex ikollu l-approvazzjoni biex jattendi ghall prison leave, liema Qorti rrakomandat li Mario Camilleri seta’ jattendi ghar-riceviment f’gheluq snin it-tifel tieghu. Wara li l-awtoritajiet tal-habs raw ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti kif ukoll li matul dawn l-ahhar tliet xhur l-imgieba ta’ Mario Camilleri fil-habs kienet wahda pozittiva, l-applikazzjoni ta’ Mario Camilleri kellha tigi approvata. |
| Tajjeb li nghidu ukoll li matul kull xahar l-awtoritajiet | tal-habs jaghmlu diversi testijiet ta’ l-urina fuq prigunieri sabiex jassiguraw li dawn mhux qieghdin jabbuzaw minn xi tip ta’ droga. Il-fatt li jittiehdu diversi testijiet bhal dawn ma jistax jigi nterpretat li fil-habs hemm xi problema allarmanti ta’ tixrid ta’ droga izda dan isir sabiex min jinqabad li jkun pozittiv ghad-droga jittiehdu passi dixxiplinarji iebsa kontrih. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en