IL-BORŻA TA’ STUDJU HAROLD SCOREY FIX-XANDIR
Din il-Borża ta’ Studju ġet imwaqqfa bħala tifkira tal-ġurnalista Harold Scorey li għal bosta snin kien Kap tat-Taqsima ta’ l-Aħbarijet tar-Rediffusion u tal-Malta Television. Hija miftuħa għall-ġurnalisti kollha li jaħdmu jew li jixtiequ jaħdmu fix-xandir, kif ukoll għal dawk kollha li huma involuti direttament f’dan il-qasam.
Il-Borża ta’ Studju tammonta għal Lm3,000. Din trid tiġi utiliżżata matul l-2003 għal studju jew taħriġ marbut max-xandir f’xi Universita’ jew Istituzzjoni rikonoxxuta barra minn Malta li t/jagħżel ir-rebbieħ/a stess. Panel maħtur apposta jeżamina l-applikazzjonijiet kollha u d-deċiżjoni tiegħu tkun finali.
Il-formoli ta’ l-applikazzjoni jinkisbu mingħand is-Sur Frank Attard fid-Direttorat Ġenerali, Uffiċċju tal-Prim Ministru, filwaqt li għal aktar tagħrif wieħed jista’ jċempel fuq Tel. nru. 22996204/8, jew Fax nru. 21234196 jew bl- E.mail: frank.attard@gov.mt
Il-formoli ta’ l-applikazzjoni għandhom jintbagħtu f’envelopes issiġillati u ndirizzati hekk:
Borża ta’ Studju Harold Scorey
Direttorat Ġenerali
Uffiċċju tal-Prim Ministru
Berġa ta’ Kastilja
Il-Belt Valletta CMR 02
u għandhom jaslu fl-imsemmi Uffiċċju mhux aktar tard mill-Ġimgħa, 14 ta’ Frar, 2003.
Other Press Releases:
PR261932
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...
PR261931