STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI DWAR KAWŻA TA’ LIBELL KONTRA L-GAZZETTA ‘KULLĦADD’
PR02
03/01/2003
| Il-bieraħ il-Ħamis 2 ta’ Jannar 2003, il-Ministru John Dalli | ippreżenta kawża ta’ libell kontra l-ġurnal ‘Kullħadd’ dwar rapport li deher fil-ħarga tal-Ħadd 22 ta’ Diċembru tas-sena 2002. F’dan l-artiklu l-gazzetta tal-Malta Labour Party kienet allegat li John Dalli kien ordna biex iċ-ċekkijiet tal-paga tal-ħaddiema tal-Gvern jinħargu wara l-Milied. |
| Fil-fatt, il-fatti huma bil-maqlub, u kien | bl-inizjattiva tal-Ministru Dalli li d-deċiżjoni li kienet ittieħdet minn xi nies fl-amministrazzjoni ġiet mibdula u ċ-ċekkijiet inħarġu fl-20 ta’ Diċembru. |
| Dawn it-tip ta’ stejjer ivvintati mill-media ta’ | l-MLP juru mhux biss in-nuqqas ta’ rispett lejn il-verita’ imma fuq kollox in-nuqqas ta’ rispett lejn il-qarrejja tagħhom li jiddependu minnhom għall-informazzjoni. |
Other Press Releases:
PR261932
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...
PR261931