AĠĠUSTAMENT FIL-PREZZ TAL-PRODOTTI TAŻ-ŻEJT
PR01
02/01/2003
| Hekk kif kien speċifikat fid-diskors tal-budget ta’ l-2002, | mill-1 ta’ Jannar tas-sena li għaddiet bdiet titħaddem ‘formula’ sabiex il-prezzijiet tal-prodotti taż-żejt f’Malta jirreflettu ċ-ċaqlieq fil-prezz taż-żejt fis-suq internazzjonali. Din il-‘formula’ diġà ġiet applikata tliet darbiet fis-sena 2002, f’April, f’Lulju u f’Ottubru. Issa li dħalna fis-sena 2003, din il-formula qed terġà tiġi applikata biex tkopri ċ-ċaqlieq fil-prezz taż-żejt tul l-aħħar tliet xhur, preċiżament mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2002. |
| Fuq dawn l-aħħar tliet xhur, il-prezz | internazzjonali taż-żejt wera` żieda, filwaqt iżda, li naqas il-valur tad-dollaru fil-konfront tal-Lira Maltija. Dan għalhekk naqqas mill-impatt effettiv taż-żieda fil-prezz taż-żejt f’Malta. |
| Għalhekk abbażi tal-formula hawn fuq | imsemmija (li, kif kien spjegat fil-budget, tinkludi ukoll aġġustament bejn il-prezz tal-petrol u dak tad-diesel) u minħabba ċ-ċaqlieq fil-prezz internazzjonali taż-żejt tul dawn l-aħħar tliet xhur, il-prezzijiet tal-prodotti taż-żejt f’Malta ser jiġu aġġustati, b’effett immedjat, hekk kif ġej: |
| Petrol bla ċomb (unleaded) 35.7c kull litru | LRP (Lead Replacement Petrol) jew leaded 38.7c kull litru EN590 diesel 24.9c kull litru Pitrolju (kerosene) 12.8c kull litru |
Dan ifisser :
Tnaqqis fil-prezz tal-petrol (bla u biċ-ċomb kif ukoll LRP) ta’ 0c9 (disgħa milleżmi) fil-litru. Żieda fil-prezz tad-diesel ta’ 1c1 (ċenteżmu u milleżmu) fil-litru u żieda f’dak tal-pitrolju ta’ 0c1 (milleżmu) fil-litru.
Other Press Releases:
PR261932
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...
PR261931