Left arrow Mur Lura

Restawr tal-Kappella ta’ Sant’Anna fil-Pwales

PR999
Date Icon 19/07/2002

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Francis Zammit Dimech qal li pajjiżna hu magħruf għal mijiet ta’ knejjes li fih u għall-kappelli li għandna jsebbħu l-kampanja.

Francis Zammit Dimech qal dan meta flimkien mal-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni, l-Onor. Censu Galea, kien qed iżur il-Kappella ta’ Sant’Anna fil-Pwales, li għada kif giet restawrata.

Il-Ministru qal li tul l-aħħar 15-il sena l-interess fil-wirt storiku ta’ pajjiżna kiber ħafna, sew minħabba li feġġew diversi għaqdiet volontarji bl-iskop li jħarsu dan il-wirt storiku u anke għaliex il-Gvern preżenti waqqaf il-Proġetti għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u l-Floriana, l-Kottonera u l-Imdina, u l-Unit għar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura li bejniethom qed joffru l-infrastruttura meħtieġa għall-ħarsien ta’ dan il-wirt storiku.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Ministeru tieghu jirċievi talbiet regolari għal restawr ta’ kappelli u bini storiku u safejn possibbli jilqagħhom bil-qalb, għaliex jemmen li fejn jista’, jagħti kontribut. Is-sena l-oħra, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura rċieva talba mingħand l-Għaqda Ex-Studenti tal-Liċeo għal għajnuna biex jirrestawraw il-kappella sabiħa tal-Pwales li hi ddedikata lil Sant’Anna. Hu qal li l-Unit għar-Restawr indahal biex jagħti l-għajnuna meħtieġa.

Sar xogħol ta’ restawr sew fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-kappella u fuq is-sagristija. Sar ukoll xogħol ta’ waterproofing mid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u l-Manutenzjoni tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Hu qal li l-ħaddiema mill-Ministeru bdew ix-xogħol f’Novembru tas-sena l-oħra u temmewħ f’Marzu ta’ din is-sena. Dawn ix-xogħlijiet swew lill-Ministeru ’l fuq minn Lm7,000 f’materjal u pagi li nqisuhom bħala flus investiti tajjeb ħafna, għaliex ingħata kontribut biex din il-kappella terġa’ tingħata d-dehra li kellha meta nbniet mill-antenati tagħna.

Francis Zammit Dimech qal li bil-ħidma li twettqet mill-ħaddiema minn żewġ taqsimiet mill-Ministeru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura, ġojjel arkitettoniku u storiku ieħor ta’ pajjiżna ġie salvat għall-ġenerazzjonijiet futuri. Hu qal iżda li dan ma setax iseħħ li kieku ma kienitx għad-dedikazzjoni tal-Għaqda Ex-Studenti tal-Liċeo li mingħajr interessi ħadmu biex din il-kappella tiġi restawrata u biex il-bdiewa u residenti oħra fil-lokal igawdu l-festa ta’ Sant’Anna li se tiġi ċelebrata għada s-Sibt.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech irringrazzja lil kull min ta sehemu biex twettaq dan ir-restawr u biex il-poplu Malti qed isir aktar konxju mill-wirt storiku ta’ pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow