Left arrow Go Back

TINDIFA ĠENERALI F’KEMMUNA

PR993
Date Icon 18/07/2002

Il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono dalgħodu għamlet żjara fuq il-gżira ta’ Kemmuna biex issegwi operazzjoni ta’ tindif li bħalissa qed isir fuq din il-gżira.

Il-Ministru Debono sellmet lir-residenti ta’ Kemmuna, li għalkemm huma ftit fin-numru imma żgur li huma meqjusa bħala l-aktar fortunati, għax jgħixu f’din il-gżira fejn wieħed għadu jista’ jgħix mingħajr l-istorbju tal-progress. Hija rringrazzjat lis-Sur Salvu Vella, wieħed mir-residenti ta’ Kemmuna, li għen sabiex din l-operazzjoni ta’ tindifa ġenerali tal-gzira ta’ Kemmuna setgħet isseħħ.

Il-Ministru qalet li din il-ħidma hija waħda li turi fiċ-ċar x’inhi l-politika tal-Gvern fil-qasam ambjentali u li tikkomplimenta x-xogħol li jsir mill-Gvern b’mod regolari fuq Kemmuna. Il-Gvern huwa impenjat li l-gżejjer Maltin ikunu mnaddfa minn kull tip ta’ skart u li għall-futur ikollna strutturi stabbiliti li permezz tagħhom, din il-problema tkun solvuta b’mod permanenti.

L-Onor. Debono ghamlet referenza wkoll ghall-kritika li qed issir mill-Oppożizzjoni li dan il-Gvern m’hux qed jitratta ma’ l-ambjent tal-gżejjer Maltin b’mod serju u li l-Gvern qed jistenna li jkollu fondi mill-Unjoni Ewropea sabiex jinbdew il-proġetti favur l-ambjent. L-operazzjoni li twettqet u ntemmet illum turi kemm dan m’hux minnu. Il-Gvern qiegħed juża l-mezzi kollha li għandu u fejn ikun il-każ qiegħed jissieħeb mas-settur privat u ma’ l-għaqdiet non-governattivi li jaħdmu favur l-ambjent, sabiex l-ambjent naturali tal-Gżejjer Maltin jibqa’ jiġi protett u msaħħaħ.

Il-Ministru għal Għawdex semmiet il-Master Plan tad-Drenaġġ għal Għawdex li ser tiggarantixxi li fil-futur, il-bajjiet kollha ta’ Għawdex ikunu tajbin għall-għawm. Parti oħra minn dan il-proġett hija l-bini ta’ impjant ghat-trattament ta’ l-iskart. Dan il-proġett huwa wieħed li għalih hija mistennija għajnuna mill-Unjoni Ewropea, mhux għax il-Gvern mhux impenjat li dan il-proġett jitwettaq, iżda sabiex dan il-proġett ikun jista’ jibda jiffunzjoni iktar malajr.

"Kemmuna hija destinazzjoni turistika popolari għal numru kbir ta’ Maltin u Għawdxin kif ukoll għat-turisti," qalet il-Ministru Debono. "Ta’ kull sena fil-bidu tas-sajf, isir ukoll xogħol ta’ tindif ġenerali fil-bajjiet ta’ Kemmuna u twittija tal-passaġġi ta’ madwar Kemmuna.” Dan ix-xogħol jitwettaq mid-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

Il-Ministru għal Għawdex temmet id-diskors tagħha billi ħeġġet lil kull min jmur Kemmuna għall-mistrieħ, kif ukoll lill-ħaddiema tal-lukanda sabiex ikunu sensittivi lejn il-ġmiel ta’ din il-gżira, ġojjel tal-gżejjer Maltin; u saħqet li “jekk kull min iżur Kemmuna jieħu ħsieb li ma jarmi xejn fejn mhux suppost, operazzjoni bħal tal-lum ma jkun hawn bżonnha qatt aktar".

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow