Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent il-perit George Pullicino jattendi t-tnedija ghall-konsultazzjoni pubblika tal-Pjan Lokali ghac-Centru ta’ Malta
Il-gvern tal-lum jemmen bis-shih fil-partecipazzjoni pubblika u dan bil-fatti. Xhieda ta’ dan hija kif dan il-gvern rega’ fetah berah l-access tal-pubbliku ghal l-informazzjoni kollha dwar kull aspett tal-process ta’ l-ippjanar. Dan kontra dak li kien ghamel gvern ta’ l-Oppozizzjoni, li fl-1997 kien emenda l-ligi biex naqqas drastikament l-access ghall-informazzjoni li seta’ jikseb il-pubbliku li ried bil-fors jiehu perit mieghu biex jara dokumenti.
Dan qalu is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent il-Perit George Pullicino waqt it-tnedija ghall-konsultazzjoni pubblika tal-Pjan Lokali ghac-Centru ta’ Malta.
Is-Segretarju Parlamentari kompla li llum din is-sitwazzjoni inbidlet ghal kollox grazzi ghal website tal-MEPA li minnha kull persuna tista’ tikseb taghrif dwar kull applikazzjoni, kull enforcement notice, kull pjan u kull policy ta’ l-Awtorita. Il-Perit Pullcino sahaq li qatt daqs illum il-pubbliku ma kellu access ghall-informazzjoni u l-process ta’ l-ippjanar qatt ma kien daqshekk miftuh ghall-iskrutinju tal-pubbliku.
Biex il-process tal-konsultazzjoni pubblika jkun iktar trasparenti l-kummenti tal-pubbliku li jingabru tul il-perjodu tal-konsultazzjoni pubblika ser jigu ppublikati mal-Pjan Lokali li jkun approvat biex min ikun ghamel xi suggeriment jew kumment li ma jigix milqugh mill-MEPA jkollu s-sodisfazzjon ikun jaf ir-raguni ghaliex.
L-Awtorita issa qabdet ritmu tajjeb fix-xoghol dwar il-Pjani Lokali. Il-Pjan tal-Portijiet tat-Tramuntana wasal fl-istadji finali waqt li bhalissa l-Awtorita qed tifli il-madwar 1,800 kumment li rceviet minghand il-pubbliku dwar il-Pjan Lokali tal-Majjistral.
Is-Segretarju Parlamentari qal li dak li kienet qed tipprezenta llum l-Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar huwa s-sitt minn seba’ Pjani Lokali ghall-Malta u Ghawdex. Dan il-Pjan Lokali jinkorpora fih 11 il-lokalita mifruxa fuq 33 kilometri kwadri b’popolazzjoni totali ta’ 109,000 ruh, kwazi terz tal-popolazzjoni ta’ Malta u Ghawdex.
F’lokalitajiet fejn id-densita tal-popolazzjoni hija gholja hafna huwa importanti hafna li jsir ippjanar bil-ghaqal biex fil-waqt li ma jixxekkilx l-izvilupp, jiddiehdu in konsiderazzjoni kemm il-konservazzjoni ta’ bini antik tipikament Malti u l-aspettativa tal-pubbliku ghal spazji miftuha fejn ikun jista’ jistrieh u jgawdi l-hin liberu tieghu.
Huwa proprju hawn li l-ippjanar ghat-tul ghandu importanza kbira ghax fil-waqt li jrid ihares u jippreserva centri tipikament lokali irid jilhaq l-aspirazzjonijiet tal-pubbliku li llum qed igawdi minn kwalita ta’ hajja ahjar.
L-Abbozz tal-Pjan Lokali thejja wara konsultazzjoni mill-Awtorita ma’ kunsilli lokali, organizazzjonijiet u partijiet ohra interessati. Issa jmiss lill-pubbliku biex jaghmel is-sottomissjonijiet tieghu biex il-Pjan ma jibqax biss dokument ta’ l-Awtorita izda jsir ta’ kulhadd il-Pjan jolqot lil kull persuna li tghix f’dawn il-lokalitajiet. Is-Segretarju Parlamentari appella biex il-pubbliku japprofitta ruhu mit-tmien gimghat li ghandu ghad-dispozizzjoni tieghu biex jaghmel ir-rimarki biex fl-ahhar il-Pjan Lokali ikun xi haga hajja li tkun ta’ gid ghall-kommunitajiet f’dawn il-lokalitajiet.
Hawnhekk nixtieq insemmi li fid-dawl tal-pubblikazzjoni tad-dokument dwar l-ambjent li ghadu kemm ippublika, il-Partit ta’ l-Oppozizzjoni ghandu jiccara l-pozizzjoni tieghu u jghid kif ghandu l-hsieb li jtejjeb il-process ta’ l-ippjanar. Minkejja li fid-dokument hemm miktub li ghandu jsehh zvilupp sostenibbli, il-kap tal-Partit ta’ l-Oppozizzjoni diga stqarr li jekk ikun fil-gvern lest li f’kazi ta’ zvilupp imur u jaghmel rizoluzzjoni fil-Parlament u b’hekk jinjora kull process ta’ ippjanar u konsultazzjoni pubblika. Aspett istituzzjonali li jrid jitkellem car dwaru il-Partit ta’ l-Oppozizzjoni huwa t-theddida li qed isemmi li l-Awtorita jaghmilha taht dipartiment tal-Gvern. Jien insaqsi dan ifisser poteri ikbar lill-ministru fejn dak li jghid hu jkun il-bidu u t-tmiem ta’ kollox bla ebda kontroll b’rizultati disastruzi ambjentali bhal dawk li graw fil-passat? Dan hu l-izvilupp sostenibbli li qed jaspira ghalih il-Partit ta’ l-Oppozizzjoni?
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN