XOGĦLIJIET TA' TOROQ FIS-SWIEQI
Waqt li kien qed izur xogħolijiet fis- Swieqi mal- Ministru Francis Zammit Dimech, il-Ministru tat-Trasport u Komunikazzjoni Censu Galea ta dettalji tax-xoghol li qed isir mid direttorat tat-toroq b'kollaborazjoni mill qrib mal-Ministeru tar-Rizorsi u Infrastruttura.
Dan il-proġett beda bil-kostruzzjoni ta' Storm Water Culverts fi Triq is-Sidra u Triq is-Swieqi. Dan ġie mwettaq minħabba l-ammonti konsiderevoli ta' ilma tax-xita li kien jinġabar f'dan il-wied kull darba li tagħmel ix-xita. Din is-sistema ġiet pjantata biex topera mal-ġbir ta' ilma eżistenti li jinġabar fl-aħħar ta' Triq is-Sidra u tgħaqqad mas-sistema li tibda minn taħt it-tunnel ta' Regional Road u fl-aħħar tispiċċa fil-bajja ta' San Ġorġ.
Ir-rikostruzzjoni ta' Triq is-Swieqi nkorporat ukoll it-tibdil ta' ħafna mis-servizzi eżistenti. Saru diversi laqgħat ma dawk li jipprovdu s-servizzi konċernati biex ħafna mill-cables li għaddejjin mal-faċċati tad-djar jiġu mgħoddija minn taħt il-bankina. Is-sistema tad-drenaġġ ġiet mgħoddija mill-ġdid u l-main il-qadim li kien f'nofs tat-triq ġie mibdul f'żewġ kanali li ġew mpoġġija fuq naħa u oħra tat-triq. Il-PVC pipes ta' l-ilma ġew mibdula wkoll u diversi servizzi oħra relatati mal-Maltacom, Melita Cable u Enemalta ġew mgħoddija ġodda. Fi triq is-Swieqi nbena kanal fuq żewġ naħat fil-wisgħa tal-bankina biex is-serizzi li jridu jiġu maqgħuda mas-servizzi tad-djar jitpoġġew ġo dan l-ispazju. B'dan il-mod dawn is-servizzi jistgħu jiġu milħuqa faċilment fil-futur f'każ ta' manutenzjoni jew ħsara mingħajr ma ssir ħsara bit-tħaffir fil-wiċċ tat-triq.
Dan il-proġett beda f'Settembru tas-sena l-oħra u huwa mistenni li jiswa madwar LM400,000. Bħalissa ġew konklużi 60% tax-xogħlijiet u l-40% l-oħra mistennijin jiġu konklużi fix-xhur li ġejjien. Bħalissa qed isiru wkoll xogħlijiet ta' kostruzzjoni ta' toroq fi Triq Vidal, Triq ix-Xiber, New Street in Triq ix-Xiber u fi Triq il-Pulzieri. Dawn il-proġetti jammontaw b'kollox għal madwar Lm70,000. Fil-jiem li ġejjin ser jibdew xogħlijiet ta' kostruzzjoni fi Triq F.X Ebejer u f'parti minn Triq il-Kwartin u dawn ser jammontaw għal madwar Lm20,000.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN