Il-President ta’ Malta jzur il-kwartieri Generali tal-Pulizija
Il-President ta’ Malta l-E.T. Prof, Guido de Marco, il-bierah ghamel zjara fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija fil-Furjana, fejn kixef zewg lapidi li twahhlu b’tifkira ghal zewg kuntistabbli li mietu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.
Dawn il-lapidi ta’ l-irham jindikaw zewg swali fil-Kumpless Ammistrattiv gdid tal-Pulizija, li ssemmew ghal P.C. 525 Mark Farrugia u P.C. 949 Roger Debattista.
PC 525 Mark Farrugia kien inqatel fuq l-ghatba tad-dar tieghu f’Hal Tarxien nhar l-20 ta’ Marzu 1999. Guri sab lil Pulizija iehor, Etienne Carter, hati ta’ dan id-delitt u li l-omicidju kellu x’jaqsam max-xoghol taghhom.
PC 949 Roger Debattista inqatel nhar it-12 ta’ Novembru 2001 waqt hold-up fuq il-fergha tal-Bank of Valletta ta’ Hal Qormi. Ftit sieghat wara l-incident, erba’ persuni kienu tressqu l-Qorti akkuzati b’dan il-qtil.
Il-President ta’ Malta kien akkumpanjat mill-Ministru ta’ l-Intern u l-Ambjent, l-Onor. Dr. Tonio Borg.
Il-Ministru Borg, f’diskors qasir, ta gieh liz-zewg Pulizija li hallew hajjithom waqt u minhabba l-qadi tad-doveri taghhom. Huwa qal li mill-investigazzjonijiet li saru dwar iz-zewg delitti, li wasslu ghall-mewt ta’ Mark Farrugia u Roger Debattista, jirrizulta li t-tnejn inqatlu ghax ippruvaw jaghmlu minn kollox biex jaghmlu d-dmir taghhom bl-aktar mod rett.
Fil-kaz ta’ Mark Farrugia, fisser il-Ministru Borg, huwa nqatel ghaliex irrifjuta li jaghmel xi haga kontra l-ligi. "Ragel taghrfu meta, anke xi haga zghira li tmur kontra l-principju tieghu, ma jkunx lest li jaghmilha, ghax jaf li darb’ohra tkun aktar facli ghalih li jcedi quddiem xi haga akbar."
Fil-kaz ta’ Roger Debattista, irrizulta li l-azzjoni tieghu waqt il-hold-up fuq il-bank, dik li kien pront u pprova jsakkar il-bieb meta lemah lill-aggressuri, kienet strumentali biex jipprova jisfratta l-hold-up u biex eventwalment inqabdu l-hatja.
"Dawn iz-zewg pulizija, li ghalkemm kienu fi grad zghir, taw ezempju lil kulhadd, minn fuq sa isfel, ta’ kif Pulizija serju ghandu jahdem."
Il-President de Marco, akkumpanjat mill-Ministru Borg u mill-Kummissarju tal-Pulizija s-Sur John Rizzo, zaru wkoll l-istalel tal-Kavallerija tal-Pulizija fil-Marsa.
Lura fil-Kwartieri Generali, il-President de Marco kixef irhama kommemorattiva tal-Ministri responsabbli mill-Pulizija mill-1921 sal-lum.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN