STATISTIKA GHALL-GUNJU 2002 TAL-QRATI CIVILI U KRIMINALI
Qrati Civili
F'Gunju 2002, fil-Prim Awla tal-Qorti Civili, fil-Qorti tal-Magistrati u fit-Tribunal ghat-Talbiet Zghar inqataw aktar kawzi milli gew introdotti u konsegwentement in-numru ta' kawzi pendenti f'dawn it-tliet qrati naqsu. Waqt li fil-kaz tal-ewwel zewg Qrati din hi "trend" osservata mill-bidu tas-sena, fit-Tribunal dan hu l-ewwel xahar din is-sena fejn dan sehh.
Fil-Qorti tal-Appell, ghal darb'ohra, gew decizi anqas kawzi milli gew introdotti appelli. Din hi "trend" li giet osservata mill-bidu tas-sena u jehtieg li l-gudikatura taghmel l-almu taghha biex ittejjeb id-"disposal rate" f'dawn il-Qrati.
Fuq bazi tal-ewwel sitt xhur tas-sena 2002, gie registrat tnaqqis fil-kawzi pendenti ta' 7% fil-Prim Awla tal-Qorti Civili u ta' 13% fil-Qorti tal-Magistrati. Dan hu rizultat importanti hafna ghaliex il-problema principali dejjem kienet fil-Prim Awla tal-Qorti Civili u bit-tnaqqis kostanti tal-kawzi pendenti qieghed jonqos iz-zmien li kawza ddum quddiem il-Qorti.
Is-sitwazzjoni fil-Qorti tal-Appell hi bil-kontra billi l-kawzi pendenti zdiedu b'7% u b'25% fis-sede Superjuri u Inferjuri rispettivament. Jenhtieg li tinghata attenzjoni mmedjata mill-gudikatura ghal din il-problema.
Zieda ta' 13% fil-kawzi pendneti giet ukoll registrata fit-Tribunal ghat-Talbiet Zghar, zieda dovuta principalment ghaz-zieda qawwija fin-numru ta' kawzi introdotti. Hu mahsub li issa li zdiedu n-numru ta' Aggudikaturi, sa l-ahhar tas-sena l-posizzjoni tinbidel.
Il-Bord tal-Kera baqa’ kostanti waqt li l-Bord dwar l-Arbitragg tal-Artijiet u l-Bord tal-Qbiela rregistraw zidiet ta' 8% u 12% rispettivament. Ghalkemm in-numri assoluti huma zghar, hu xorta preokkupanti li dawn il-kawzi qed jizdiedu u jehtieg li l-gudikatura tiehu azzjoni immedjata.
Qorti Kriminali
Gunju kien ghal darb'ohra xahar pozittiv hafna fil-qasam tal-Qrati Kriminali fejn gew decizi aktar kawzi milli gew introdotti f'kull livell.
Fuq medda tal-ewwel sitt xhur tas-sena, gie registrat zieda zghira fin-numru ta' appelli pendenti waqt li hemm tnaqqis zghir fin-numru ta' gurijiet pendenti. L-akbar bidla sehhet fin-numru ta' kawzi pendenti quddiem il-Qorti tal-Magistrati fejn gie registrat tnaqqis ta' 14%.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN