RAPPORT DWAR L-EFFIĊJENZA TAL-KUNSILLI LOKALI
Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali ippubblika u qed iqassam lill-Kunsilli Lokali l-ewwel Rapport għas-sena 2002 dwar l-Effiċjenza tal-ħidma tal-Kunsilli Lokali li jkopri l-perjodu Diċembru 2001 - Marzu 2002.
Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali poġġa r-Rapport fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti illum, 16 ta' Lulju 2002.
Dan huwa l-erbgħa u għoxrin Rapport li qed jitressaq fil-Kamra tar-Rappreżentanti.
Fir-rapport wçħed jista' janaliżża fid-dettal ir-riżultati ta' l-ispezzjonijçt li saru bejn Diċembru 2001 - Marzu 2002, kif ukoll iqabbel kemm mar-riżultati li kçnu jkopru l-perjodu Diċembru 2000 - Marzu 2001, kif ukoll mal-marka medja attwali tal-Kunsilli Lokali assessjati bejn Diċembru 2001 - Marzu 2002.
F'dan il-perjodu d-Dipartiment spezzjona u analiżża terz ieħor tal-Kunsilli Lokali.
Infatti din id-darba kien imiss lil ghoxrin Kunsill Lokali ieħor f'Malta u tnejn oħra f'Ghawdex.
Ghall-ewwel darba fl-analiżi tar-rapport qed toħroġ statistika li turi l-Kunsill Lokali bl-ogħla marka medja, kif ukoll il-Kunsill Lokali bl-anqas marka medja.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN