DISKORS TA’ L-ONOR. TONIO BORG, MINISTRU TA’ L-INTERN U TA’ L-AMBJENT, FL-OKKAZJONI TAL-PASS OUT PARADE TAR-REKLUTI L-GODDA TAL-PULIZIJA – AKKADEMJA GHALL-GUSTIZZJA KRIMINALI, FORTI SANT’IERMU – IL-HAMIS, 11 TA’ LULJU 2002
Sur Kummissarju
Sur Segretarju Permanenti
Kmandant
Sinjuri Rekluti
Inhossni ferm sodisfatt illum li qed nippresjedi fuq din ic-cerimonja li permezz taghha intom qed "tiggradwaw" u ssiru membri tal-Korp tal-Pulizija. Dan huwa l-24 reklutagg tal-Pulizija u r-raba’ wiehed li qed nipprsjedi jien bhala Ministru mill-elezzjoni ta’ l-1998 sal-lum.
L-ewwel nibda biex naghtikom merhba f’din il-"familja" tal-Pulizija. Nawguralkom ghal dan ix-xoghol il-gdid li bdejtu u nixtiqilkom il-kuragg biex twettquh bl-akbar dedikazzjoni possibbli.
Certament li x-xoghol ta’ Pulizija, m’hux xoghol komuni, izda huwa missjoni li fiha perikli daqskemm fiha affarijiet li jaghtuk sodisfazzjon. Ghalhekk inhoss sodisfazzjon kbir li nara numru sabih ta’ zghazagh li minn jeddhom ghazlu li jidhlu ghal dan ix-xoghol.
Ninsab infurmat mill-Kmandant ta’ l-Akkademja li matul il-kors li jorganizzaw ghar-rekluti, intom kontu wiehed mill-ahjar gruppi, u ta’ dan nixtieq nghidilkom prosit. Nittama li dak li hadtu minn dawn l-ghaxar xhur li ghamiltu titharrrgu fl-Akkademja, u mit-tliet gimghat ta’ xoghol fil-Komunità, tuzawh biex tkunu Pulizija tajbin u taghtu servizz tajjeb lill-komunità.
Niztieq nirringrazzja wkoll lill-Akkademja tal-Gustizzja kriminali b’mod partikolari lill-Kmandant is-Sur Joe Gauci, tal-korsijiet li jorganizzaw, mhux biss ghar-rekluti l-godda, izda wkoll il-korsijiet l-ohra li jsiru matul is-sena ghall-Pulizija li jkunu digà fis-servizz.
L-okkazjoni tal-lum tikkoincidi mac-celebrazzjonijiet ta’ l-188 anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija. Ic-celebrazzjonijiet ta’ din is-sena huma ddominati minn progett eccitanti hafna. Dan il-progett huwa r-refurbishment u tibdil strutturali li qed naghmlu f’diversi ghases madwar Malta u Ghawdex. Ninsab partikolarment sodisfatt b’dan il-progett ghax ix-xoghol kollu ta’ ristrutturar qed isir mill-istess membri tal-Korp li qed joffru l-hiliet u s-snajja’ taghhom biex ikollhom ambjent ahjar minn fejn jahdmu u postijiet ahjar fejn jilqghu lill-pubbliku.
L-ghases li fuqhom qed isir xoghol bhalissa huma dawk ta’ Birkirkara, taz-Zurrieq, ix-Xghajra u l-Imdina.
Ghases ohra li fuqhom se jibda xoghol fil-gimghat u x-xhur li gejjin, huma dawk ta’ Bormla, Haz Zabbar, iz-Zejtun, tas-Sliema, l-Imsida u l-Mosta u li ghalihom il-Gvern approva s-somma ta’ Lm180,000. F’dawn l-ghases, minbarra x-xoghol ta’ refurbishment li jsebbah id-dehra generali tal-post, se jsirilhom ukoll xoghol strutturali, bhal stallazzjoni ta’ liftijiet u apparat ta’ l-arja kkundizzjonata.
Haga ohra li nixtieq inhabbar hija li bhala parti mill-pjan ta’ ristrutturar, il-Korp tal-Pulizija qieghed jghaddi xi funzjonijiet konnessi ma’ xoghol klerikali u ta’ ufficcju lill-impjegati tal-Gvern
Fix-xhur li gejjin, hu mistenni li jigu ngaggati persuni minn fost ic-Civil li jehdu f’idejhom dak ix-xoghol ammistrattiv li sa issa kieni jaghmluh biss il-Pulizija. Dan se jaghti aktar cans lill-Pulizija biex jaghmlu xoghol aktar relatat mad-dmirijiet proprja taghhom.
Naghlaq billi mill-gdid nawguralkom affarijiet sbieh fil-karriera li bdejtu llum.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN