Left arrow Go Back

PREMJU 'ANZJAN/A TAS-SENA’ 2002

PR966
Date Icon 11/07/2002

L-Onor Antoine Mifsud Bonnici, Segretarju Parlamentaari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, illum habbar li din is-sena wkoll ser jerga' jinghata l-Premju "ANZJAN TAS-SENA"

Antoine Mifsud Bonnici fakkar li l-Jum tal-ewwel ta' Ottubru huwa l-Jum Dinji tal-Anzjani. - kif iddikjarat min-Nazzjonijiet Uniti. L-attivitajiet li ser jorganizza is-Segretarjat Parlamentari biex ikun imfakkar il-Jum Dinji tal-Anzjani, jilhqu l-qofol taghhom b'serata li ser issir is-Sibt 28 ta' Settembru, Sala Sir Temi Zammit, Universita' ta' Malta, fejn jigi mhabbar ir-rebbieh jew rebbieha tal-Premju "Anzjan tas-Sena" 2002. Is-serata tkun taht il-Patrocinju tal-President ta' Malta u s-Sinjura De Marco

Is-Segretarju Parlamentari spjega is-sinifikat ta' dan il-Premju. Huwa qal li l-Ministeru ghall-Politika Socjali jaghti dan il-Premju bhala rikonoxximent xieraq lil dik il-persuna anzjana li bil-mod kif izzomm ruhha attiva fi xjuhitha, qed tkun ta' mudell u ispirazzjoni ghall-anzjani l-ohra. Huwa importanti li noholqu kuxjenza biex kullhadd - inkluz l-anzjani - jippartecipa f'holqien ta' hajja ahjar, socjeta' mibnija fuq interdependenza, solidarjeta bejn il-generazzjonijiet fejn l-anzjani jkunu integrati f'kull qasam tas-socjeta' Maltija kif ukoll nimpenjaw ruhna favur min hu l-aktar fil-bzonn. Dr. Mifsud Bonnici heggeg biex ghaqdiet volontarji, Kunsilli Lokali u persuni individwali, jinnominaw anzjani ghal dan il-Premju, sabiex b'hekk nuru apprezzament u rikonoxximent ghal hafna xoghol volontarju li jkun qed isir fis-socjeta taghna.

Fil-fatt, dan il-premju jirrikonoxxi:-

  • L-gharfien tas-servizz li l-persuna anzjana taghmel, b'mod volontarju ma min ikun mehtieg;
  • L-gharfien tas-servizz li l-persuna anzjana li bil-karattru u bl-attivita' taghha waqt li hi rtirata, hi ta' ezempju haj ta' kreattivita' u ta' integrita' u li b'hekk hi ta' ispirazzjoni ghall-anzjani l-ohra;
  • L-gharfien lil dik il-persuna anzjana li fi xjuhitha rnexxielha tizviluppa l-kultura generali jew personali, tippromwovi s-solidarjata' bejn il-generazzjonijiet, u taghti kontribut lis-socjeta' in generali.

Dr. Mifsud Bonnici kompla jghid li ghal dan il-Premju jistghu japplikaw nisa u rgiel, cittadini ta' Malta, li sa’ l-ahhar ta' din is-sena jkunu ghalqu l-eta' tal-pensjoni, u li normalment jghixu Malta jew Ghawdex.

Biex jinghazel l-Anzjan tas-Sena, twaqqaf bord tal-ghazla li ghandu r-responsabilta' li jilqa l-applikazzjonijiet, u li jaghzel l-anzjan jew anzjana li haqqu jinghata dan il-Premju prestigjuz.

Il-Bord tal-Ghazla huwa:-

Chairperson: Prof. Frederick Fenech.
Membri: Ms Attard Grace
Ms Azzopardi Alice
Mr Dimech Joe
Ms Miggiani Antoinette
Fr. Tagliaferro Hilary.
Segretarju: Mr Pace Francis.

Aktar informazzjoni u formoli ghan-nominazzjonijiet jistghu jingabru minghand is-Segretarju tal-Bord tal-ghazla, Ministeru ghall-Politika Socjali, Ufficcju tas-Segretarju Parlamentari 310, Triq ir-Repubblika, Valletta; kif ukoll mill-Ministeru ghal Ghawdex, Pjazza San Frangisk, Victoria., kif ukoll mill-Kunsilli Lokali. Il-formola tal-applikazzjoni tinsab ukoll fil-Web-Site tal-Ministeru ghall-Politika Socjali: http://msp.gov.mt

L-applikazzjonijiet iridu jittiehdu bl-idejn ghand is-Segretarju tal-Bord (Tel. 25903493) u jinghataw ircevuta, sa mhux aktar tard minn nofs in-nhar tal-Gimgha 23 ta' Awissu, 2002.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow