Left arrow Mur Lura

TIFKIRA TAS-60 SENA MILL-WASLA TAL-KONVOJ TA’ SANTA MARIJA

PR965
Date Icon 11/07/2002

"Laqqajtkom hawnhekk propju ghaliex kien mill-Barrakka ta’ Fuq u minn madwar is-swar tal-Port il-Kbir li l-Maltin ixxabbtu biex jaraw dehlin il-bastimenti li skansaw il-qilla tal-ghadu u wasslu ikel, zjut u munizzjon, biex Malta setghet tkompli tittama u ggedded ir-resistenza, li wasslet ghar-rebha tat-Tieni Gwerra Dinjija."

Hekk qal l-Ministru ghat-Turizmu, l-Onor. Dr. Michael Refalo meta nieda l-programm ta’ attivitajiet li qed jithejjew mill-Ministeru tat-Turizmu u l-Awtorita’ tat-Turizmu, biex ifakkar il-wasla tal-Konvoj ta’ Santa Marija.

Tlett bastimenti, il-Port Chalmers, Rochester Castle u l-Melbourne Star dahlu l-port fit-13 ta’ Awissu 1942. L-ghada dahal il-Brisbane Star, u propju fil-15 ta’ Awissu, dahal it-tanker "Ohio" mghejjun mid-destroyers HMS Penn u HMS Bramham. Telqu 17-il bastiment u waslu 5 biss.

Il-Ministru spjega li kienet ix-xewqa tal-Kumitat Organizzattiv li jistieden f’Malta u jaghti gieh lil min pogga hajtu f’riskju biex ighin lil Malta u lill-Maltin. "Kieku stennejna sal-75 anniversarju konna naghtu gieh biss lill-memorji u mhux lill-hajjin." Tenna li l-idea originali giet mis-Sur Simon Cusens li "ilu aktar minn sena jikkorrispondi, ifittex biex isib l-indirizz ta’ min baqa’ haj mill-ekwipaggi tal-bastimenti kollha li hadu sehem f’Operation Pedestal, dak li ahna nafuh bhala l-Konvoj ta’ Santa Marija".

Ir-ricerka tas-Sur Cusens wasslet sabiex jinstabu aktar minn mitejn membru tal-ekwipaggi. Kienu l-istess nies li ghaddew il-kelma bejniethom. Il-Ministru qal li stieden f’Malta aktar minn 200 ruh biex jiehdu sehem fic-celebrazzjonijiet. Minn dawn ser jattendu bejn 70 u 100.

L-attivitajiet ewlenin imhejjija huma kuncert mill-Orkestra Nazzjonali taht id-direzzjoni ta’ Mro. Michael Laus, f’Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi, fejn fost il-muzika li ser tindaqq hemm parti mill-War Concerto li l-kompozitur Malti Paolo Nani kiteb ghall-okkazjoni, u "Din l-Art Helwa", komposizzjoni patrijottika tal-Professur Charles Camilleri. F’Ta’ Liesse u fil-Port il-Kbir ser jittella’ spettaklu li jfakkar il-wasla tal-Konvoj, u ser jigi organizzat Servizz Ekumeniku fil-Knisja tal-Isla.

"Malta ma salvatx biss ghax wasal il-konvoj izda ghax kienu l-Maltin stess li bi qlubija ddefendew art twelidhom. Ghal dawn it-tlett attivitajiet li semmejt nixtiequ nistiednu lil kull min kien fis-servizz fil-15 ta’ Awissu 1942. Ser navzaw fil-gazzetti u nippublikaw formula u nheggu lil kull min jixtieq jattendi jimliha biex inkunu nistghu nibghatulu stedina ghall-attivita’."

Il-Ministru qal li ghall-okkazjoni gejjin superstiti mill-Ingilterra, mill-Kanada u anke minn New Zealand. "Kollha ghandhom l-istorja taghhom u l-media ser ikollha opportunita’ tintervistahom u tisma’ il-grajjiet li ghaddew minnhom. Peress li l-etajiet huma ta’ bejn it-80 sena u 97, kollha ser ikunu akkumpanjati minn familjari u hbieb li ghalihom gie mfassal pakkett specjali bi hlas. Ghalhekk ukoll li c-celebrazzjonijiet ser isiru lejn l-ahhar ta’ Settembru biex jigu skansati mill-ishana kbira ta’ Awissu."

Il-programm imhejji jahseb biex is-superstiti jittiehdu jzuru ghadd ta’ postijiet ta’ interess b’rabta mat-tieni Gwerra Dinjija.

Il-Ministru temm billi radd hajr lil kull min qed ighin biex jithejja l-programm.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow