Left arrow Go Back

Implimentazzjoni tal-kodici tad-dwana

PR963
Date Icon 11/07/2002

Fil-11 ta’ Frar 2002 il-Parlament approva unanimament il-Kodici tad-Dwana. Ghalkemm il-Kodici l-gdida tirrifletti il-Kodici tad-Dwana ta’ l-Unjoni Ewropea, din ta’ l-ahhar hija bbazata l-iktar fuq is-sorsi internazzjonali tal-legizlazzjoni ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni, u specifikament fuq il-Konvenzjoni Internazzjonali tas-Simplifikazzjoni u l-Armonizazzjoni tal-Proceduri tad-Dwana (Il-Konvenzjoni tad-Dwana ta’ Kyoto). Il-Konvenzjoni ta’ l-Organizazzjoni Dinjija tad-Dwana, tiddefenixxi standards u prattici rakkomandati ghall-aspetti kollha tal-legizlazzjoni tad-dwana, inkluz ir- rilaxx ta' merkanzija. Malta hija membru fondatrici ta’ din l-Organizazzjoni.

Il-Produtturi u l-kummercjanti Maltin jistennew mid-Dwana servizz ta’ kwalita’ u bi prezz irhis permezz tat-tnaqqis tal-burokrazija legali, amministrattivi u finanzjarji sabiex ikunu jistghu jikkompetu f’’level playing field’ mal-kummercjanti u l-produtturi fil-pajjizi moderni l-ohra.

Il-Kodici l-gdida hija ghodda dinamika li kienet iddizenjata sabiex tassigura l-gbir, fil-mument ta' l-importazzjoni, tat-taxxi u hlasijiet ohra filwaqt li fl-istess hin izzomm ghajneja miftuha fil-glieda kontra l-frodi. Aspett importanti tal-Kodici il-gdida tad-Dwana huwa li tikkontribwixxi b’mod prattiku lejn il-kompettivita’ tan-negozji taghna, specjalment dawk involuti fl-esportazzjoni, billi jkunu introdotti proceduri tad-dwana moderni u efficjenti u jkunu ridotti l-ispejjez tad-Dwana filwaqt li tkun imsahha s-sigurta’.

Huwa biss b’dan il-mod li, filwaqt li d-Dwana tkun tista’ izzomm il-kontrolli necessarji sabiex tipprotegi s-socjeta’ mill-perikli li jistghu jizvilluppaw minn kummerc illegali bhal traffikar ta’ droga, riskji ambjentali ikkawzati minn materja perikoluza, il-ksur tad-drittijiet tal-propjeta’ intelletwali ecc., tista tiehu ir-rwol taghha bhala sieheb apprezzat tal-kummerc legali fl-ambitu tal-kummerc dinji u fl-e-commerce. Proceduri simplifikati li saru possibli permezz tal-kodici tad-Dwana l-gdida huma wahda mill-mezzi principali sabiex ikunu milhuqa dawn il-miri li jistghu jidru bhala kuntradittorji, igifieri dik li tiffacilita il-kummerc waqt li zzomm il-livelli adegwati ta’ sigurta’.

Procedura li giet issimplifikata u li hija ta’ beneficju kbir ghall-komunita’ kummercjali, specjalment dik ta’ l-esportazzjoni fl-industrija tal-manifattura, hija dik maghrufa bhala l-Local Clearance Procedure. L-uzu ta’ din il-procedura tippermetti lin-negozjanti awtorizzati sabiex jigbru l-merkanzija taghhomn minghajr burokrazija zejda u minghajr il-prezenza ta’ Ufficjali tad-Dwana. B’hekk ma jinheliex hin prezjuz. Id-Dwana ser taghmel awditjar perjodikali kif necessarju skond kif mehtieg Peress li din il-procedura ser tintroduci bidla radikali fir-rilaxx ta' merkanzija mid-Dwana, id-Dipartiment tad-Dwana qed jippjana sabiex jintroduci din-is-sistema lil numru ta’ industriji fuq bazi ta’ progett pilota. L-ghan huwa li tinghata l-opportunita’ lill-partijiet kollha sabiex tindara din il-procedura qabel ma tidhol fis-sehh b’mod generali.

Il-Kodici il-gdida ser toffri iktar facilitajiet lin-negozjanti Maltin. Dan isehh dejjem jekk il-kondizzjonijiet imposti ghal ragunijiet ta’ kontroll ikunu osservati. Il-Kodici toffri iktar opportunitajiet ghas-simplifikazzjoni tal-proceduri tad-Dwana bhal facilitajiet ta’ hlas fit-tul, estenzjoni tal-perjodu ta’ l-importazzjoni temporanja u hafna ohrajn.

Il-Kodici tad-Dwana tishaq fuq l-importanza ta’ l-osservanza tal-principju tal-gustizzja. Il-Kodici taghti anke il-possibilita’ ta’ flessibilita’ fl-applikazzjoni ta’ certu provvedimenti meta f’kazijiet ohra l-aplikazzjoni ta’ certu provvedimenti jista’ johloq iktar xkiel lill kummerc li jwassal ghal diffikultajiet ekonomici u socjali serji. (ez Artikli 86, 229, 232, 244 ). Uhud mill-provvedimenti tal-Kodici ghandhom l-ghan specifiku li jipprotegu lill-produtturi lokali sabiex ikun inkoraggut l-iprocessar u l-manifattura ta’ merca f’Malta skond artikli 84 - 160 ta’ l-istess Kodici.

L-uzu ta’ dawn il-proceduri moderni jehtiegu tahrig specjalizzat u fiducja reciproka. Id-Dwana ta’ Malta ghamlet passi kbar f’dawn l-ahhar snin, u zviluppat u immodernizzat l-operazzjonijiet taghha fi zmien relattivament qasir. Id-Dipartiment tad-Dwana gharaf li ma jistax jimxi ‘l quddiem minghajr ir-rizorsi mehtiega. Huwa ghalhekk li qed jinvesti b’mod kontinwu fit-tahrig tal-haddiema taghha u lill-kommunita’ kummercali li minn naha taghha ghandha rwol krucjali fil-bini ta’ ambjent li jaspira kunfidenza u ko-operazzjoni. Hemm bzonn li l-kommunita’ kummercjali u d-Dipartiment tad-Dwana jibnu shubija bejniethom li tassigura l-hidma bla xkiel tas-sistemi ghall-beneficju ta’ kulhadd.

Il-Kodici tad-Dwana dahlet fis-sehh mid-9 ta’ Gunju tas-sena 2002 kif ippublikat fil-Gazzetta tal-Gvern skond l-Avviz Legali 188/2002. Madankollu, il-provvedimenti ta’ artiklu 5 igifieri tad-Dritt tar-Raprezentazzjoni u artikli 166 - 181 Free Zones u Free Warehouses, mhux ser jidhlu fis-sehh sakemm ikunu konkluzi il-konsultazzjonijiet mehtiega mal-partijiet interessati.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow