Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT TA' MALTA JIGI IPPREZENTAT B'DONAZZJONI MINN KADETTI TAL-PULIZIJA B'RIZQ IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND

PR953
Date Icon 09/07/2002

L-E.T. il-Prof. Guido de Marco, dalghodu laqa' lis-Sur Joseph Gauci, Kap ta’ l-Akkademja tal-Pulizja, akkumpanjat minn numru mdaqqas ta' kadetti, u kien ipprezentat b'numru ta' wheelchairs b'rizq il-Malta Community Chest Fund. Il-prezentazzjoni saret fil-Palazz, Valletta.

Il-President ta' Malta, filwaqt li rringrazzja lis-Sur Gauci u lill-kadetti prezenti ghad-donazzjoni, tkellem fuq l-avvanzi li sehhew u li qeghdin isehhu fil-Korp tal-Pulizja. Hu rrefera wkoll ghaz-zmien meta kien responsabbli mill-Korp, fid-dekasteru ta' Ministru ta' l-Intern, b'mod partikolari ghall-Akkademja tal-Pulizija li kienet twaqqfet fl-1988, u li tat rizultati pozittivi fit-tahrig u taghlim lil rekluti godda.

Il-Prof. de Marco qal li meta l-individwu jinghata l-gurament ta' pulizija, hu jkun qieghed jigi investit b'poteri godda filwaqt li jassumi r-regoli u r-responsabbilitajiet kollha ta' min qed jerfa' id-dover fuq spallejh. "Dawn il-poteri qeghdin jinghataw biex intom isservu lill-Pajjiz u lil-ligi, filwaqt li tiddefendu lis-socjeta' u lill-individwu," qal il-President.

Il-President qal li hu importanti li l-membri tal-pulizja ikollhom approach socjali fil-hidma taghhom. Il-Prof. de Marco appella lill-kadetti biex ikunu kburin li jiffurmaw parti mill-Korp tal-Pulizija filwaqt li fakkar fl-onesta` u l-integrita` ta' kull membru: "Dawn it-tnejn huma l-ispina dorsali tal-Korp tal-Pulizja," temm ighid il-President.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow