Left arrow Mur Lura

SILTIET MID-DISKORS TAL-PERIT GEORGE PULLICINO, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA’ L-INTERN U L-AMBJENT,WAQT IT-TNEDIJA TAL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA DWAR IL-PJAN LOKALI GHAL GHAWDEX U KEMMUNA

PR952
Date Icon 09/07/2002

Waqt li kien jithejja l-abbozz tal-Pjan Lokali ghal Ghawdex u Kemmuna, l-Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) irceviet talbiet biex madwar 4.3 kilometri kwadri ta’ art li bhalissa jinsabu barra z-zoni ghall-izvilupp, jiddahhlu fl-iskema fejn ikun jista’ jsir zvilupp. Dan ifisser li saru talbiet biex jinbnew areas li huma ta’ 24 darba daqs Marsalforn, darbtejn id-daqs ta’ Kemmuna, u d-daqs tal-Belt Valletta ghal 5 darbiet.

Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent, il-Perit George Pullicino, waqt konferenza ta’ l-ahbarijiet meta l-Pjan Lokali ghal Ghawdex u Kemmuna tnieda ghall-konsultazzjoni pubblika.

Il-Perit Pullicino accenna ghall-fatt li l-Gvern diga` qal li fil-Pjani Lokali kienu ser jigu indirizzati biss anomaliji u kazijiet fejn jidher li setghu saru xi ingustizzji meta gew fis-sehh l-iskemi ta’ provvedimenti temporanji li kien approva l-Parlament fl-1989, u ma kienx lest li jkabbar iz-zoni ta’ art fejn jista’ jsir l-izvilupp; iktar u iktar meta l-Gvern jaf li kemm f’Malta u kemm f’Ghawdex ghad hemm hafna art li hija indikata bhala zona ta’ zvilupp u li ghadha ma gietx mibnija. "Fil-kaz ta’ Ghawdex, " qal is-Segretarju Parlamentari "s’issa inbena inqas minn nofs l-art li kienet allokata ghall-izvilupp."

Il-Perit Pullicino fakkar kif sa ftit iktar minn hmistax-il sena ilu, l-izvilupp f’pajjizna kien isir bla ebda pjan ta’ xejn izda b’daqqa ta’ pinna tal-Ministru. Sfortunatament ghadna sa llum inbatu l-effett dizastruz ta’ din il-politika.

Min-naha l-ohra, illum Malta ghandha pjan dwar l-izvilupp, il-Pjan ta’ Struttura, li bhalissa qed jigi rivedut, u li jindirizza l-problema fuq skala nazzjonali kif ukoll permezz tal-Pjani Lokali li jidhlu aktar fid-dettall fuq livell lokali.

Id-differenza ta’ dan tidher fil-fatt li fil-waqt li bejn l-1971 u l-1986 intilfu madwar 3,200 ettaru ta’ art agrikola ghall-izvilupp, bejn l-1987 u llum intilfu biss 1,200 ettaru ta’ art agrikola - jigifieri terz ta’ dak li kien intilef fil-hmistax il-sena ta’ qabel. Dan juri bic-car tnaqqis qawwi fir-rata tat-telf t’art agrikola f’pajjizna.

Il-Perit Pullicino sahaq li ghalkemm il-Gvern mhux necessarjament jaqbel mal-kontenut kollu tal-Pjan Lokali, il-Gvern jaqbel mad-direzzjoni generali tal-Pjan li jinsisti fuq il-htiega ta’ zvilupp sostenibbli. Il-htiega ta’ zvilupp sostenibbli tinhass aktar u aktar f’Ghawdex fejn ghadu ma ntilifx certu karattru li sfortunatament diga` ntilef f’Malta minhabba l-izbalji li saru fil-passat. "Irridu nkunu ahna li nizguraw li ta’ warajna jkollhom kampanja fejn jistghu iqattghu il-hin tal-mistrieh taghhom" qal il-Perit George Pullicino.

Is-Segretarju Parlamentari fakkar li, issa li l-Pjan hareg ghall-konsultazzjoni pubblika, sat-13 ta’ Settembru, dawk kollha interessati ghandhom iktar minn disa’ gimghat biex iressqu r-reazzjoni, il-kummenti u s-suggerimenti taghhom ghal dan il-Pjan. Huwa appella biex kulhadd jaghti sehmu fil-konsultazzjoni pubblika biex b’hekk jigi zgurat li l-Pjan ma jkunx xi haga tal-Gvern jew tal-MEPA izda jkun ta’ kulhadd.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow