SILTIET MID-DISKORS TAL-PERIT GEORGE PULLICINO, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA’ L-INTERN U L-AMBJENT, WAQT L-EWWEL LAQGHA TA’ STEERING COMMITTEE LI SER JIMMANIGGJA L-AMBJENT F’KEMMUNA
Kemmuna bhala riserva naturali ghandha hafna x’toffri, kemm fil-komunitajiet ta’ pjanti indigeni li jikbru fuqha, kif ukoll mill-aspett socjali. Il-kwiet li nsibu Kemmuna ma nsibuhx fi bnadi ohra tal-Gzejjer Maltin. Il-bzonn li tibda tittiehed azzjoni b’mod proattiv dwar l-immaniggjar ta’ l-ambjent fuq Kemmuna ilu jinhass, u ghalhekk kienet ghaqlija d-decizjoni ta’ l-Awtorita` ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) li jitwaqqaf Kumitat biex jimmaniggja l-ambjent fuq Kemmuna. L-awgurju tieghi huwa li l-Kumitat isib bilanc bejn it-zewg aspetti, dak naturali u dak socjali.
Tajjeb wiehed jinnota li f’dan il-Kumitat ser jippartecipaw l-istakeholders principali. Dan huwa utli sabiex dan l-ezercizzju mhux biss ikun tajjeb izda ikun rikonoxxut u promoss minn hafna. L-ghan ahhari ta’ dan il-Kumitat huwa li jahdem sabiex il-wirt naturali uniku li toffri Kemmuna jigi msebbah, protett u preservat. Dan ghandna d-dover naghmluh b’risq ukoll tal-generazzjonijiet ta’ ghada.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN