Left arrow Mur Lura

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni jirrispondi lill-MUT

PR948
Date Icon 09/07/2002

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni jikkonsidra stramba l-istqarrija ta’ l-MUT tal-bieraħ li t-tilwima tagħha mal-Gvern ma hix minħabba nuqqas ta’ qbil dwar il-Ftehim Kollettiv għas-snin 2002 u 2004. L-uffiċjali u l-Kunsill ta’ l-MUT għamlu kemm il-stqarrija pubblika fejn sostnew li waħda miż-żewġ kawżi ta’ l-azzjoni industrijal hi proprju “il-konkluzjoni tan-negozjati fuq ftehim kollettiv li jinkludi ftehim settorjali għall-klassi edukattiva” (ittra tal-11 ta’ Ġunju 2002 mis-Segretarju Ġenerali ta’ l-MUT lid-Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni).

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni bl-ebda mod ma jaċċetta l-allegazzjoni ta’ ngann li qed jgħamel il-Kunsill ta’ l-MUT. F’dan l-istadju l-Ministru ser iżomm lura milli jidħol fid-dettalji tal-fatti u tal-merti tal-kwestjonijiet eżistenti biex jassigura li bl-ebda mod ma jippreġudika u jikkomplika s-sitwazzjoni preżenti. Għal kull min hu ta’ rieda tajba il-fatti juru li fid-diskussjonijiet u n-negozjati kollha il-Gvern u l-Ministeru wrew biss ġenwinità u bona volontà kif għadhom qed jgħamlu s’issa. Il-laqgħat bejn l-uffiċjali ta’ l-MUT u n-naħa uffiċjali tal-Ministeru u d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni huma spissi u regolari fejn jiġu trattati diversi aspetti tar-relazzjonijiet bejn il-Ministeru u l-MUT.

Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni jerġa’ jikkonferma dak li ntqal fiċ-ċirkolari tad-9 ta’ Dicembru 1999 lill-iskejjel kollha, li dawk il-kandidati li jtemmu b’suċċess il-kors li jwassal għall-Ċertifikat fl-Edukazzjoni tal-Learning Support Facilitators ikunu eliġġibli biex japplikaw għall-grad ta’ Facilitator mad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-Facilitators mistennija toħroġ fil-futur qrib.

Il-fatt li l-MUT wettqet l-azzjoni industrijali tagħha meta l-proċess tan-negozjati kien miftuħ jirrendi din l-azzjoni waħda illeġittima, inġusta u tmur kontra il-valuri professjonali ta’ l-għalliema. Il-Kunsill ta’ l-MUT b’mod l-aktar żbaljat qed juża r-riżultati tat-tfal fi kwestjoni li bl-ebda mod ma tiġġustifika azzjoni bħal din.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow