ŻGĦAŻAGĦ SPANJOLI U MALTIN FI SKAMBJU DWAR L-AMBJENT
L-għaqda taż-żgħażagħ ŻAK (Żgħażagħ Azzjoni Kattolika) Qrendi nidiet proġett ta' skambju bit-tema "The Self, The Culture, The Environment…A Holistic Approach". Dan huwa t-tieni proġett li ŻAK Qrendi ser ikun qed jorganizza bejn il-5 u 14 ta’ Lulju. Bħala parti min dan il-proġett, 25 żagħżugħ u żagħżugħa Spanjoli ser jiġu għal esperjenza f'pajjiżna. Dan il-proġett ġie sussidjat mill-Progamm YOUTH – Education and Culture ta’ l-Unjoni Ewropea u huwa proġett ta’ l-ewwel azzjoni, jiġifieri skambju taż-żgħażagħ (youth exchange). Intgħazlet it-tema ta’ l-ambjent għaliex bħala grupp, l-għaqda ŻAK Qrendi jemmnu li f’pajjiżna hemm bżonn li nkunu aktar konxji mill-ambjent ta’ madwarna filwaqt li jieħdu sehem attiv bħala individwi biex iħarsuh. L-iskop ewlieni tal-proġett hu li bħala individwi, iż-żgħażagħ ikunu jistgħu iharsu l-ambjent b’mod attiv u konkret fil-kuntest tal-kultura Maltija.
Is-sena l-oħra ŻAK Qrendi kien wieħed mill-ewwel gruppi taż-żgħażagħ Maltin li bbenefika mill-programm YOUTH ta’ l-Unjoni Ewropea. Fl-ewwel parti tal-proġett bl-isem ‘Dismantling Cultural Barriers between Young People’ grupp ta’ żgħażagħ Qrendin marru Catalonia fi Spanja. Kienet esperjenza unika ta’ għaxart ijiem fejn iż-żgħażagħ Maltin u Spanjoli għexu flimkien u ħadu sehem f’diversi attivitajiet edukattivi. Barra minn hekk, kienet opportunita' fejn iż-żgħażagħ tgħallmu dwar il-kulturi ta’xulxin u fl-istess ħin qasmu l-ideat tagħhom dwar diversi aspetti tal-ħajja.
Matul l-għaxart ijiem f’Malta iż-żgħażagħ Maltin u dawk Spanjoli ser ikunu nvoluti f’numru ta' attivitajiet fosthom, kampanja ta’ tindif, żjara fl-impjant tar-riciklaġġ, workshops u forum bit-tema tas-separazzjoni ta’ l-iskart. Bħala konkluzjoni tal-proġett se tittella’ Festa Familja-Ambjent li se ssir nhar is-Sibt, 13 ta’ Lulju fil-pjazza tal-Maqluba, il-Qrendi. Fiha wieħed ikun jista’ japprezza t-tradizzjonijiet kulturali tal-Katalani u tal-Maltin.
Il-Ministru Louis Galea qal li dawn it-tip ta' esperjenzi jimmaturaw lill-individwu u jibnu karattru sod, tant bżonnjuż fil-ħajja ta' llum. Proġett bħal dan jagħmel ħafna ġid, mhux biss lill-parteċipanti imma wkoll fil-lokalita' fejn isiru dawn il-proġetti. Dan il-proġett offra l-opportunita' li ż-żgħażagħ jindunaw kemm hu bżonn li joħorġu mir-raħal tagħhom u jitħalltu ma' żgħażagħ minn kulturi oħrajn.
Fi kliem Nadine Sciberras koordinatriċi ta' għaqda ZAK Qrendi, "Aħna l-Maltin bqajna mistgħaġba bis-sens ta’ identita` u kuxjenza ambjentali qawwija li għandhom dawn l-iSpanjoli. Indunajna li din il-kuxjenza hija parti integrali mill-ħajja tagħhom, kuxjenza li f’dawn il-pajjiżi Ewropej jgħixu kuljum… kuxjenza li nixtiequ narawha attiva f’pajjiżna wkoll. Aħna li bbenefikajna minn dan il-proġett u li ħadna esperjenza tant pożittiva minnha nħeġġu lil żagħżagħ u organizzazzjonijiet oħra biex jieħdu inizjattivi bħal dawn u jgawdu mill-opportunitajiet kbar li joffri l-programm YOUTH."
Il-Ministru qal li l-Programm YOUTH ta' l-Unjoni Ewropea hu programm li qed iħalli ħafna ġid f'pajjiżna, hu qal li mindu pajjiżna beda jipparteċipa f'dan il-programm fi Frar 2001 s'issa ibbenefikaw minnu kważi 600 żgħażugħ u żagħżugħa. Hu qal li fuq dan il-proġett sar investiment fiż-żgħażagħ tagħna ta' madwar Lm150, 000 u li l-parti l-kbira ta' dawn il-fondi ingħataw mill-Unjoni Ewropea. Madankollu, qal il-Ministru, l-akbar investiment mhux dak finanzjarju, imma l-esperjenza unika li ż-żgħażagħ jiksbu permezz tal-programmi edukattivi ta' l-Unjoni Ewropea.
Programme of Activities
| Friday 5th July |
|
| Saturday 6th July |
|
| Sunday 7th July |
|
| Monday 8th July |
Speaker Dr.Chris Ciantar (Director Progett Skart)
|
| Tuesday 9th July |
|
| Thursday 11th July |
|
| Friday 12th July |
|
| Saturday 13th July | Closing Ceremony of Project: The Self, the Culture, the Environment… A Holistic Approach
Savouring traditional Catalan And Maltese culture |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN