Left arrow Mur Lura

Sistema ta’ registrazzjoni u awtentikazzjoni ghas-servizzi elettronici tal-Gvern

PR932
Date Icon 04/07/2002

Iktar tard il-Gimgha iddiehla mistennija tohrog sejha ghall-proposti biex sa Ottubru tkun installata sistema ta’ registrazzjoni u awtentikazzjoni on-line, li ghandha tipprovdi sigurtà ghal kull tip ta’ transazzjoni mal-Gvern li tkun qed issir minn fuq l-internet. Dan habbru l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali, l-Onor. Austin Gatt meta nieda numru ta’ servizzi tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni on-line.

Is-servizzi li gew imnedija jinkludu kalkulaturi tal-hlas tat-Taxxa fuq id-Dhul u l-hlas tas-Sigurtà Socjali. Il-Ministru Gatt sostna li dan is-servizz, li kien indikat bhala mitlub minn min ihaddem u min-negozjanti, ghandu jghin biex is-servizz ikun jista’ jigi wzat mill-kumdita’ tad-dar jew mill-ufficcji.

Il-Ministru Gatt tkellem fid-dettal dwar is-sistema ta’ registrazzjoni u awtentikazzjoni li ghandha twassal biex tiffacilita iktar uzu ta’ sistemi minghajr il-biza li xi hadd iehor jista’ jaccedihom.

Dan huwa l-ahhar pilastru fil-qafas teknologiku necessarju ghall-provediment ta’ servizzi ta’ Gvern Elettroniku li kienu jinkludu wkoll il-Portal tal-Gvern, www.gov.mt, u l-Electronic Payment Gateway.

Ta’ min isemmi li permezz tas-servizzi mnedija, issa wiehed jista’ jikkalkula kemm irid ihallas, jew jiehu minghand id-Dipartiment tat-Taxxa u jistghu jaraw ukoll jekk min ihaddimhom hux qed jaqtalghom kemm suppost f’kontribuzjonijiet tas-Sigurtà Socjali.

Sadanittant il-Ministru Gatt fisser ukoll li l-Gvern qed jahdem sabiex sa Frar tas-sena ddiehla, 85% tas-servizzi li jipprovdi l-Gvern u li huma l-aktar uzati mill-poplu jew min-negozjanti jkunu online. Minghajr dubju, kompla Dr.Gatt, l-izvilupp li qed isir fil-politika elettronika f’ pajjizna mhux qed isir b’kumbinazzjoni, izda ghax il-Gvern ghandu vizjoni u miri cari fejn irid jilhaq. Xi haga, kompla Dr. Gatt, li tistona bil-kbir mal-Partit ta’ l-Oppozizzjoni li sal-lum la ghandu kelliem dwar dan il-qasam u wisq inqas politika cara dwar dan is-suggett.

Waqt din il-konferenza tkellem ukoll il-Ministru tal-Finanzi, l-Onor. John Dalli li fisser li l-provediment ta’ dawn is-servizzi b’mod elettroniku ghandhom jghinu biex filwaqt li tonqos il-burokrazija, il-Gvern ikompli jimmodernizza l-mod kif jahdem.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow