STQARRIJA MILL-MINISTRU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN
Hija haga tal-iskantament, kif il-Kap tal-Oppozizzjoni rega sostna l-pozizzjoni tieghu rigward l-iffrizar kemm tal-applikazzjoni ta’ Malta ghal shubija fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-holma fiergha tal-Malta Labour Party dwar xi tip ta’ partnership mal-istess Unjoni. Minflok ma’ ndenja ruhu jispjega b’mod konkret x’ried jghid bil-mossa ghal gharrieda tieghu ta’ hmistax ilu, il-Kap tal-Oppozizzjoni ghazel li jerga jghaddas rasu u jirrepeti kelma b’kelma dak li kien diga tenna b’sorpriza ghal kulhadd: jigifieri li nitfghu il-kwistjoni dwar x’relazzjoni ghandu jkollha Malta mal-Unjoni Ewropea gewwa l-friza. Dr.Sant qal dan kollu minkejja l-isforzi kollha ta’ Dr.George Vella - kelliem tal-Oppozizzjoni ghall-Affarijiet Barranin - biex b’xi mod jipprova jserrah ras lil dawk il-membri tal-publiku li hassew irwiehhom imhawwda minn dak li deher bhala gest ta’ Dr.Sant biex jahrab mir-responsabiltajiet tieghu.
Madankollu, fl-istess nifs, Dr.Sant ipprova jichad illi dak li kiteb hmistax ilu, b’xi mod kien ifisser xi tibdil fil-pozizzjoni tal-partit tieghu dwar ir-relazzjoni li ghandu jkollha Malta mal-Unjoni Ewropea. L-MLP, sostna Dr.Sant, ghadu marbut mal-idea ta’ ftehim ta’ kummerc hieles u kooperazzjoni mal-Unjoni - dik li huwa jsejjah: ‘Malta bhala Svizzera fil-Mediterran’. Minn dan, wiehed ma jistax ma jasalx ghal konkluzjoni li Dr.Sant m’ghadux jemmen b’ruhu w’gismu f’din is-soluzzjoni fittizja, ghaliex filwaqt li jkompli jsemmi l-islogan ta’ ‘Svizzera fil-Mediterran’, il-fatti qeghdin juru li l-aspirazzjonijiet tieghu ghal pajjizna huma mod iehor. Dan johrog wahdu meta huwa stess jammetti li ghalissa, ghandna niskartaw kull dibattitu dwar dak li ghandu x’jaqsam mal-Unjoni Ewropea, u ninghalqu gewwa qoxritna bhala poplu Malti.
Jidher li Dr.Sant ma ta kaz xejn tal-Agenzija Internazzjonali - Moody’s - li qalet li l-istatus ta’ pajjizna bhala wiehed mill-ewwel kandidati li ser jissiehbu fl-Unjoni Ewropea kien fattur principali ghat-tkattir ta’ fiducja minn investituri internazzjonali f’Malta, liema fiducja, pero’, kienet qieghda tigi mtappna mill-weghda tal-Oppozizzjoni Laburista li twaqqaf hesrem il-process ghal shubija fl-Unjoni, kemm il-darba kellha tkun fil-gvern.
B’dispjacir, ma nistghux ma’ ninterpretawx, il-mossa doppja ta’ Dr.Sant bhala attentat iehor irresponsabbli li jizra incertezza f’mohh il-poplu Malti, issa li qata’ qalbu li jirbah ir-referendum dwar shubija fl-Unjoni Ewropea. Ma jistax ikun mod iehor meta f’nifs wiehed qieghed jipprova jipposponi u fl-istess hin jibqa’ jinsisti, fuq il-fantasija ta’ ‘Svizzera fil-Mediterran’.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN