Left arrow Go Back

PREŻENTAZZJONI LIR-REBBIEĦA TAL-KOMPETIZZJONIJIET LI QED ISIRU FIL-PADILJUN TA’ MALTA

PR927
Date Icon 03/07/2002

Ġew ippreżentati l-premijiet lir-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet li qed isiru kuljum fil-Padiljun ta’ Malta, li din is-sena għandu bħala tema “Malta – Unjoni Ewropea: x’qed jiġi negozjat"

Qabel il-preżentazzjonijiet, is-Sur Anthony Mifsud, Direttur Ġenerali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, irringrazzja lill-Air Malta li ġentilment offriet bħala premjijiet, 24 passaġġ bl-ajru għal diversi bliet fl-Ewropa, kif ukoll lill-Go Mobile għall-offerta tagħhom ta’ 12-il pakkett ta’ Go Mobile Ready to Go.

Għall-preżentazzjoni attendew is-Sur John Saliba, Group Head Marketing and PR ta’ l-Air Malta u s-Sur Peter Gauci, Senior Executive tal-Go Mobile.

Huwa kkalkulat li mill-ftuħ tal-Fiera sat-Tlieta, 2 ta’ Lulju, żaru l-Padiljun ta’ Malta madwar 11,000 persuna, li minnhom 6,900 ħadu sehem fil-kompetizzjonijiet.

Matul il-bqija tal-jiem tal-Fiera jibqgħu jintrebħu kuljum, żewġ passaġġi bl-ajru u pakkett tal-Go Mobile.

Id-dettalji tar-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet li saru minn nhar l-Erbgħa, 26 ta’ Gunju sa nhar it-Tlieta, 2 ta’ Lulju, huma dawn li ġejjin:

Lista tar-rebbieħa tal-passaġġi bl-ajru:

L-Erbgħa, 26 ta’ Ġunju – Brussell – George Mifsud – Balzan - 000241
Il-Ħamis, 27 ta’ Ġunju – Frankfurt – Gabriel Galea – B’Kara - 000442
Il-Ġimgħa, 28 ta’ Ġunju – Amsterdam - Maroushka Abdilla – Sliema - 001602
Is-Sibt, 29 ta’ Ġunju – Pariġi – Sue Zammit – Pembroke - 002154
Il-Ħadd, 30 ta’ Ġunju – Londra –Helga Buttigieg – Mosta - 003339
It-Tnejn, 1 ta’ Lulju – Stockholm – Roberta Farrugia – Attard - 005513
It-Tlieta, 2 ta’ Lulju – Milan – Godwin Tonna – Fgura - 006334

Lista tar-rebbieħa tal-pakkett tal-Go Mobile

L-Erbgħa, 26 ta’ Ġunju – Liliana Grech – Għargħur – 000021
Il-Ħamis, 27 ta’ Ġunju – Luke M. Vella Cassia – Siġġiewi – 000661
Il-Ġimgħa, 28 ta’ Ġunju – Joseph Cesare – B’Kara – 001243
Is-Sibt, 29 ta’ Ġunju – David Micallef – Attard – 002880
Il-Ħadd, 30 ta’ Ġunju – Mary Caruana – Fgura – 003388
It-Tnejn, 1 ta’ Lulju – Marthese Aquilina – Swieqi - 004971
It-Tlieta, 2 ta’ Lulju – Stefan Farrugia – Buġibba – 006542

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow