Aggustament fil-prezz tal-prodotti taz-zejt
Hekk kif kien specifikat fl-ahhar diskors tal-budget, mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena qed tithaddem ‘formula’ sabiex il-prezzijiet tal-prodotti taz-zejt f’Malta jirriflettu c-caqlieq fil-prezz taz-zejt fis-suq internazzjonali. Din il-‘formula’ giet applikata ghall-ewwel darba f’April li ghadda, biex tkopri ic-caqlieq fil-prezzijiet fuq l-ewwel tlett xhur tas-sena. Issa li dhalna fix-xhar ta’ Lulju, din il-formula qed terga’ tigi applikata, din id-darba biex tkopri ic-caqlieq fil-prezz taz-zejt tul l-ahhar tlett xhur, precizament mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Gunju 2002.
Tul l-ewwel tlett xhur tas-sena, il-varjazzjoni fil-prezzijiet internazzjonali kienet tali li l-prezz taz-zejt wera rohs meta mahdum bhala medja ghal dak l-istess perijodu; b’mod li f’ April li ghadda, seta’ jithabbar rohs fil-prezz lokali tal-petrol. Fuq dawn l-ahhar tlett xhur, izda, il-prezz internazzjonali taz-zejt kien, bhala medja, iktar gholi. Ghal daqstant, din id-darba huwa necessarju li l-prezz lokali jghola wkoll, appuntu biex jirrefletti l-andament tal-prezzijiet fis-suq internazzjonali.
Ghalhekk, abbazi tal-formula applikata u minhabba z-zieda fil-prezz internazzjonali taz-zejt tul dawn l-ahhar tlett xhur; il-prezzijiet tal-prodotti taz-zejt f’Malta ser jigu aggustati, b’effett immedjat, kif gej:
Petrol bla comb (unleaded) 36.7c kull litru (l-ammont jinkludi ukoll il-VAT)
Petrol bic-comb (leaded) 39.7c kull litru (l-ammont jinkludi ukoll il-VAT)
EN590 diesel 23.0c kull litru (l-ammont jinkludi ukoll il-VAT)
Pitrolju (kerosene) 12.2c kull litru (l-ammont jinkludi ukoll il-VAT)
Fil-kaz tad-diesel, wiehed irrid jispecifika li z-zieda fil-prezz fuq imhabbra qeghda tikkoncidi wkoll ma’ l-introduzzjoni ta’ tip ta’ diesel (maghruf bhala EN590) li ghandu kontenut ta’ kubrit ferm iktar baxx u li huwa konformi ma’ l-istandards internazzjonali attwali. Dan ghandu, mhux biss, iwassal ghal tnaqqis fit-tniggis ta’ l-arja, izda wkoll jissarraf f’konsum inqas ta’ dieselmis-sewwieqa meta mqabbla mad-diesel ta’ qabel.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN