Task Force dwar il-protezzjoni tat-tfal minn abbuz minn fuq l-Internet
"Il-Gvern m’hux lest li jittollera l-ebda tip ta’ agir li jista’ jkun abbuz ta’ tfal minn fuq l-internet. Il-Gvern huwa determinat li jipprotegi l-futur tas-socjetà Maltija, lil uliedna minn kull min irid jabbuza minnhom, anke minn fuq l-Internet." Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali, l-Onor. Austin Gatt meta kien qed jindirizza konferenza tal-ahbarijiet li fiha twaqqfet "task force" biex tipprotegi lit-tfal minn kull tip ta’ abbuz li jista’ jsir permezz ta’ l-internet.
L-internet illum miexja fid-direzzjoni li ssir parti mill-hajja ta’ hafna mill-familji madwar id-dinja. L-internet minghajr dubju hija ghodda li jekk tintuza tajjeb, tista’ tigi sfruttata biex jinholqu opportunitajiet. Madanakollu, sfortunatament l-internet tista’ tintuza wkoll ghal attività kriminali. Fid-dinja ta’ l-internet, dawn it-tipi ta’ reati huma maghrufa ahjar bhala cyber-crime.Cyber-crime tinkorpora fiha reati kriminali li minflok jsiru bil-mod tradizzjonali, jsiru permezz ta’ l-internet.
L-istatistika li tezisti dwar dan il-qasam turi parti sostanzjali minn dawk li jaghmlu uzu mill-internet huma t-tfal u z-zghazagh. Hafna drabi l-innocenza tat-tfal, kif ukoll in-nuqqas ta’ maturità tipprezenta possibilità li, it-tfal huma suxettibbli ghal perikli li jezistu. Sfortunatament, l-iktar nies li jistghu jsofru huma t-tfal. L-abbuz tat-tfal jiehu diversi forom. Dr. Gatt spjega li hemm l-aspett ta’ kummercjalizmu – dovut l-iktar ghal kampanji pubblicitarji u marketing dirett aggressiv, kif ukoll gbir ta’ informazzjoni b’mod illecitu. Forma ohra hija marbuta ma’ kontenut illegali, u li jaghmel il-hsara. Dan huwa relatat primarjament mal-pornografija. Aspett iehor ta’ abbuz tat-tfal minn fuq l-internet huwa marbut ma’ kuntatt li jista’ jsir ghal skop illecitu permezz ta’ chat rooms u email.
Dr. Gatt sahaq li jkun hazin jekk nahsbu li ghax m’ghandniex statistika dwar reati simili f’pajjizna, jfisser li Malta m’hijiex esposta ghal reati simili.
Huwa spjega li l-Gvern kellu ghazla x’jaghmel. Seta` ghamel bhal pajjizi ohra, u injora r-riskji potenzjali, seta` ghamel ezercizzju ta’ lip service, jew inkella jiehu r-responsabiltà biex din l-issue tigi trattata. Il-Gvern, ghax responsabbli, ghamel l-ahhar ghazla, u fil-fatt ha diversi inizjattivi f’dan ir-rigward.
Dawn l-inizjattivi jinkludu:
- d-dhul fis-sehh tal-legislazzjoni biex taghmel il-pornografija tat-tfal bhala reat illegali punibbli b’habs;
- l-installazzjoni ta’ software u filters ta’ protezzjoni u sigurta’ fl-Internet Labs li hemm fl-iskejjel.
- Pass iehor kien li Malta tiffirma ic-Cyber Crime Treaty tal-Kunsill ta’ l-Ewropa,
- filwaqt li pass ahhari kien il-publikazzjoni ta’ kodici ta’ prattika ghal Internet Service Providers mill-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni.
Sadanittant, illum qed isir pass iehor. Minflok waqaf hemm, il-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern Lokali ta direzzjoni lill-Kummissjoni eMalta sabiex thares lejn din l-issue b’mod iktar shih, u ghaldaqstant kien ghalhekk li twaqqaf team ta’ diversi nies li gejjin minn diversi setturi tas-socjetà biex din il-materja tkun studjata.
Dr. Gatt tenna s-sodisfazzjon tieghu dwar il-fatt li l-Kummissjoni eMalta reghet ghaqdet flimkien numru ta’ players biex flimkien din il-problema tigi trattata. Fil-fatt din it-Task Force tinkludi, rapprezentanti mill-Awtorita Maltija dwar il-komunikazjoni, il-Pulizija, l-Internet Service Providers, l-Agenzija Appogg, il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, dak tal-Politika Socjali, u l-Press Club.
It-Task Force ghandha tahdem biex sa’ Ottubru tipprovdi r-rakkomandazzjonijiet necessarji, fuq hames oqsma principali li jinkludu:
- Mizuri Legali u koperazzjoni legali internazzjonali
- Strutturi ta’ infurzar ta’ ligi,
- Mekkanizmi ta’ prevenzjoni u ohrajn ta’ awareness
- Il-krejazzjoni ta’ programmi biex jaghtu appogg lill-vittmi
- Ir-rwol tal-Mass Media, biex jigi evitat is-sensazjonalizmu fir-rapurtagg tal-kazi ta’ dan it-tip.
Fi tmiem tal-konferenza l-Ministru Gatt tenna li l-Gvern mhux ser jittollera l-ebda abbuz ta’ tfal, la ghal skopijiet kriminali u lanqas ghal skopijiet kummercjali.
Il-holqien ta’ din it-Task Force, kompla Dr. Gatt, huwa sinjal car tar-rieda tal-Gvern li ma jittollera xejn f’dan l-aspett kif ukoll, fid-determinazzjoni li jipprotegi l-futur tas-socjetà Maltija, lill-uliedna.
Il-membri ta’ din it-Task Force huma:
Chairman
Mr. George Sammut eMalta Commission
Membri
Ing. Colin Camilleri - Malta Communications Authority
Insp. Paul Cassar - Malta Police Force
Mr. Philip Cassar - ISP Group
Mr. Paul Galea - eMalta Commission / Ministry for Education
Ms. Olivia Galea Seychell - Agenzija Appogg
Mr. Claudio Grech - eMalta Commission / Ministry for Justice and Local Government
Mr. Joe Mifsud - Malta Press Club
Ms. Micheline Scibberas - Ministry for Education
Ms. Stephania Sant Dimech - Ministry for Social Policy
Insp. Louise Vella - Malta Police Force
Mr. Lawrence Zammit - Ministry of Education
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN