Left arrow Mur Lura

JINTLAHAQ QBIL DWAR BEJN MALTA U L-UE DWAR ZONA TA’ KONSERVAZZJONI TAS-SAJD TA’ 25 MIL MADWAR MALTA

PR914
Date Icon 28/06/2002

F’laqgha ohra tan-negozjati li saret illum fi Brussell, inghalqu n-negozjati dwar il-qasam tas-sajd. Id-delegazzjoni Maltija kienet immexxija mic-Chairman tal-Grupp Ewlieni ta’ Negozjaturi ta’ Malta, is-Sur Richard Cachia Caruana.

Bis-sessjoni ta’ llum, li ssejjhet mill-Presidenza Spanjola, Malta issa ghalqet in-negozjati fuq tlieta u ghoxrin qasam differenti.

Fl-indirizz tieghu waqt il-laqgha ta’ dalghodu, Richard Cachia Caruana laqa’ b’sodisfazzjon l-eghluq tan-negozjati f’dan il-qasam u qal li l-aktar haga importanti kienet illi l-Unjoni Ewropea rrikonoxxiet l-isforzi li ilha taghmel Malta ghal dawn l-ahhar tletin sena sabiex thares u tikkonserva il-kwantita’ ta’ hut fiz-zona ta’ hamsa u ghoxrin mil madwar Malta. Fl-istess hin huwa importanti wkoll il-fatt li l-Unjoni accettat il-principju li shubija ta’ Malta m’ghandhiex twassal biex titnaqqar il-protezzjoni tar-rizorsi ta’ hut f’din iz-zona.

Ghal dan il-ghan, qal Cachia Caruana, esperti teknici minn Malta u mill-Kummissjoni irnexxielhom isibu formola b’mizuri li mhumiex diskriminatorji sabiex jigi zgurat li l-qabda tas-sajd fiz-zona ta’ konservazzjoni ma tizdiedx u tinzamm f’livell sostenibbli sabiex il-konservazzjoni tal-hut tigi garantita.

Bil-ftehim milhuq illum, wara shubija, Malta se tkompli tmexxi, ghal zmien indefinit, zona tas-sajd ta’ 25 madwar Malta bil-ghan li tibqa’ ssehh il-konservazzjoni tal-kwantita ta’ hut fl-ibhra Maltin. Dan gie accettat mill-Unjoni Ewropea u se jiddahhal fil-ligi Ewropea. Fiz-zona ta’ konservazzjoni, se jkunu jistghu jistadu biss bastimenti ta’ mhux aktar minn tnax-il metru peress illi dawn jippratikaw tip ta’ sajd limitat u li huwa l-anqas li jaghmel hsara lill-ambjent ekologiku. L-ewwel tnax-il mil mill-kosta maltija ikunu riservati esklussivament ghas-sajjieda maltin.

B’eccezzjoni, se jkunu permessi xi tipi ohra ta’ sajd fiz-zona ta’ 25 mil (il-barra mit-tnax-il mil) minn bastimenti li huma akbar minn 12-il metru izda izghar minn 24 metru. Dawn l-attivitajiet huma (i) tkarkir f’zoni limitati ta’tkarkir identifikati minn Malta, (ii) sajd ghal-lampuki f’130 lokazzjoni differenti li minnhom 110 huma normalment mehuda minn sajjieda Maltin, (iii) is-sajd bil-lampiera u (iv) is-sajd ghat-tonn u hut migratorju iehor. Fil-kazi kollha, is-sajd totali minn bastimenti fiz-zona ta’ 25 mil ma jistax jeccedi dik ta’ snin ricenti. Ser jigi mhejji registru li jiddentifika l-bastimenti kollha ta’ bejn 12 u 24 metru li huma awtorizzati biex jistadu fiz-zona.

Bastimenti Maltin li se jintlaqtu b’dan l-arrangament b’mod li se jkunu limitati b’kemm jistghu jistadu fil-25 mil se jibbenifikaw minn pakkett ta’ ghajnuna finanzjarja mill-Gvern li se jghinnhom sabiex izidu l-efficjenza taghhom biex ikun jistadu barra miz-zona. Il-parti ‘l kbira tal-qabda ta’ hut f’Malta diga ssir barra miz-zona ta’ 25 mil, jigifieri f’ibhra internazzjonali.

Minbarra dan, wara shubija, se jkun hemm ukoll access ghal ghajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea. Ghal dan il-ghan, l-awtoritajiet Maltin hejjew programm biex tintalab din l-ghajnuna finanzjarja li se tintuza ghall-immodernizzar tal-flotta tas-sajd Maltija u ghal titjib fl-istrutturi tas-swieq tal-hut u pprocessar.

Fil-laqgha ta’ dalghodu tkellmu wkoll l-Ambaxxatur Javier Conde de Saro f’isem il-Presidenza Spanjola ta’ l-UE u s-Sur Eneko Landaburu li huwa d-Direttur Generali fid-Dipartiment tat-Tkabbir, fil-Kummissjoni Ewropea. Iz-zewg kelliema esprimew is-sodisfazzjon taghhom ghall-eghluq tan-negozjati fil-qasam tas-sajd.

L-Ambaxxatur Conde de Saro ikkonferma li jekk Malta tissokta bil-pass ta’ progress li ghaddejja bih, l-Unjoni Ewropea hija fiducjuza li n-negozjati ma Malta jinghalqu sa’ l-ahhar tas-sena. Huwa qal li l-Unjoni se tkompli tapplika l-principju li titratta lil kull pajjiz skond il-merti tieghu u li fil-Harifa li gejja l-Unjoni se tiddeciedi liema mill-pajjizi kandidati se jkunu lesti biex jissiehbu. L-Ambaxxatur Conde temm jghid li diga sar hafna progress fl-abbozzar tat-Trattat ta’ Shubija u li huwa ragjonevoli li wiehed jistenna li t-trattat jigi ffirmat fir-Rebbiegha tas-sena d-diehla. Huwa habbar ukoll li l-pakkett finanzjarju ta’ l-Unjoni intiz ghat-tkabbir jigi komunikat lill-pajjizi kandidati kmieni f’Novembru li gej.

Is-Sur Landaburu sostna li wara shubija, il-protezzjoni tar-rizorsi ta’ hut madwar Malta m’ghandhiex tonqos. Huwa ghalhekk li l-Unjoni qablet mat-talba ta’ Malta ghal zona ta’ konservazzjoni sabiex is-sajd f’Malta jibqa’ jsir b’mod sostenibbli. Huwa zied jghid li minhabba l-kontribut importanti li l-huta Lampuka ghandha f’Malta, l-Unjoni qablet ukoll li il-Lampuka tiddahhal f’lista specjali ta’ l-Unjoni sabiex f’kaz li jkun hemm eccess ta’ hut fis-suq, l-Unjoni Ewropea taghti ghajnuna lis-sajjieda biex jirtiraw xi hut mis-suq sabiex il-prezz jibqa’ stabbli.

Is-Sur Cachia Caruana kien akkumpanjat mis-Sur Victor Camilleri, l-Ambaxxatur Malti fi Brussell, minn Dr Simon Busuttil, Kap tac-Centru ta’ Informazzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea, Graziella Pullicino, ko-ordinatrici fis-Segretarjat ghan-Negozjati ma’ l-UE u minn ufficjali ohra fl-Ambaxxata ta’ Malta fi Brussell.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow