Left arrow Mur Lura

JINXTRAW TLETT COACHES GODDA GHAL GEWWA SAINT VINCENT DE PAULE RESIDENCE

PR912
Date Icon 28/06/2002

Gewwa r-Residenza San Vincenz de Paul, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Dr Antoine Mifsud Bonnici, illum ipprezenta 3 coaches godda lill-amministrazzjoni ta' din ir-residenza.

F'diskors qasir Dr. Mifsud Bonnici qal li biex intejbu dejjem aktar il-kwalita' tal-hajja tar-Residenti ta' San Vincenz de Paul, jehtieg li mhux biss ninvestu biex nipprovdu lill-anzjani l-ahjar ambjent fejn jghixu; imma qieghdin ninvestu fl-infrastruttura tal-post, fejn bhalissa ghaddej xoghol ta' kostruzzjoni mill-gdid tal-Wards tan-nisa u rgiel 1,2,3,4; kif ukoll fis-servizzi paramedici ta' kura u tahrig tal-haddiema.

Dr Mifsud Bonnici kompla jghid li minhabba li d-domanda biex aktar anzjani jidhlu jghixu fi djar residenzjali ghall-anzjani qieghdha dejjem tikber, il-Gvern prezenti qed jiehu certi muzuri biex l-investiment ikun kostanti u kontinwu.

Dr. Mifsud Bonnici qal li dawn it-tlett coaches Mercedes godda zgur ser ikunu ta' servizz ghall-anzjani ta' San Vincenz. Dawn it-tlett coaches inxtraw wara li l-Wellfare Committee hareg ‘tender’ ghal dan il-ghan.. Gew jiswew Lm 145,000, jesghu 24 passiggier, jew 24 wheelchair, bil-lifters, fihom l-arja kundizzjonata, u P.A. system.

Dr Mifsud Bonnici filwaqt li rringrazzja lil Kumitat tal-Wellfare tax-xoghol siewi li qed jaghmel, qal ukoll li dawn it-tlett coaches zgur ser iservu ta' kumdita' u ghajnuna kbira kemm ghall-anzjani kif ukoll ghall-istaff ta' San Vincenz ghat-trasport tal-anzjani minn u lejn l-isptar San Luqa kif ukoll ghal rikreazzjoni tal-anzjani. Dr. Mifsud Bonnici fakkar ukoll li it-trasport ta' San Vincenz huwa ukoll ghall-uzu ta' diversi anzjani kemm dawk li qieghdin f'xi dar tal-anzjani, u kemm dawk li ghadhom jghixu fil-komunita'.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow