Left arrow Mur Lura

Tħawlu mal-45,000 siġra taż-żebbuġ fl-aħħar tliet snin u nofs

PR909
Date Icon 28/06/2002

Matul dawn l-aħħar tliet snin u nofs huwa kalkulat li tħawlu fil-gżejjer Maltin aktar minn 45,000 siġra taż-żebbuġ. Dan juri kemm qed jikber l-interess f’dan is-settur fejn anki wasalna biex għall-ewwel darba se tkun esportata l-ewwel kunsinna ta’ żejt taż-żebbuġ prodott f’Malta.

Dan qalu l-Ministru ġhall-Agrikoltura u Sajd, Ninu Zammit meta l-bieraħ tkellem f’konferenza ta’ l-aħbarijiet fil-Wardija, li matulha s-Sur Sammy Cremona, li jkabbar iż-żebbuġ u anki jipproduċi ż-żejt miż-żebbuġ, ta tagħrif dwar l-esportazzjoni ta’ kunsinna ta’ żejt taż-żebbuġ lejn il-Ġermanja.

Il-Ministru Zammit qal li hi l-politika tal-Gvern preżenti li bħala parti mir-riforma fis-settur tal-biedja jagħti spinta lit-tkabbir tas-siġar taż-żebbuġ. Hu qal li l-kampanji li saru kabbru ħafna l-interess tant li f’dawn l-aħħar tliet snin u nofs kienu mpurtati madwar 42,300 siġra taż-żebbuġ. Barra minn hekk, bdew jitkabbru mijiet oħra mlaqqma lokalment.

Hu semma wkoll li s-sena li għaddiet fil-mixtla tal-Gvern fil-kumpless San Vinċenz de Paul tlaqqmu madwar 7,000 xitla li se jinbiegħu bi prezz sussidjat fl-istaġun li jmiss. Barra minn hekk, din is-sena tlaqqmu mal-5,000 xitla oħra li jkunu jistgħu jitqassmu fil-bidu tas-sena 2004.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow