TIGDID TAL-KARTA TAL-IDENTITA’ - NAXXAR
Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Principali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tigdid tal-Karti ta’ l-Identita’ fin-Naxxar:
bejn l-Gimgha 28 ta’ Gunju u - t-Tlieta 16 ta’ Lulju
Kunsill Lokali Naxxar, Centru Civiku Vjal il-21 ta’ Settembru
(minbarra l-Gimgha 29 u l-Hdud 30 ta’ Gunju u s-7 u l-14 ta’ Lulju) u;
l-Erbgha 17 u l-Hamis 18 ta’ Lulju - Centru tal-Knisja ta’ Bahar ic-Caghaq Triq ix-Xambekk
Il-hinijiet li fihom isir it-tigdid ser ikunu: fost il-Gimgha bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibtijiet mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.
Fic-Centri msemmija jistghu jattendu biss ir-residenti tan-Naxxar. It-tigdid qed isir ghal dawk kollha li diga’ ghandhom Karta ta’ l-Identita’. Dawk li ser japplikaw ghall-ewwel darba ma jkunux jistghu jaghmlu dan fic-Centru tal-lokalita’ taghhom izda jkunu jridu japplikaw fl-Ufficcju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt, Valletta, bejn it-8.00 a.m. u nofsinhar. Min-naha l-ohra, ma jkunx jista’ jsir tigdid fil-Belt matul dan il-perjodu ghar-residenti tan-Naxxar.
Ghandha tigi pprezentata l-Karta ta’ l-Identita’ prezenti kif ukoll il-formola tat-tigdid bl-informazzjoni mitluba, li qeghda tigi mibghuta lil kull min ghandu jgedded l-Karta ta’ l-Identita’.
Aktar dettalji dwar it-tigdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li qeghdin jintbaghtu bil-posta mal-formola tat-tigdid.
Il-Karta ta’ l-Identita’ l-gdida tkun tista’ tigi rtirata aktar ‘l quddiem mill-Ghassa tal-Pulizija tan-Naxxar u ser jinhareg avviz dwar dan fil-gazzetti lokali kollha tal-Hadd.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN