STQARRIJA
Il-Gvern innota l-istqarrija tal-isqfijiet dwar proposta ta’ risoluzzjoni li ser titressaq quddiem il-Parlament Ewropew fl-4 ta’ Lulju dwar “sexual and reproductive health and rights” li, fost affarjiet ohra, tirrakkomanda il-legalizzazzjoni tal-abort fil-pajjizi membri jew li ghad isiru membri tal-Unjoni Ewropea.
Il-Gvern jixtieq iserrah ras l-Isqfijiet li hu, kif hu maghruf, kemm f’Malta kif ukoll f’fora internazzjonali dejjem zamm b’qawwa il-posizzjoni tieghu kontra il-legalizzazzjoni tal-abort.
Huwa maghruf bizzejjed li l-Unjoni Ewropea ma ghandiex dritt u l-anqas kompetenza li timponi fuq il-membri taghha posizzjoni favur l-abort. Minbarra dan rizoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew ma ghandhomx is-sahha tal-ligi ghal pajjizi membri u ghalhekk ma jorbtux.
Il-Gvern hu konxju li jezisti lobby qawwi favur l-abort kemm fil-Parlament Ewropew kif ukoll f’fora ohra internazzjonali, partikolarment minn gruppi li ma jappartjenux lil-Partit Popolari Ewropew li huwa ta’ ispirazzjoni Kristjana.
Il-Gvern jixtieq jassigura lill-Isqfijiet li huwa behsiebu juri l-istess determinazzjoni kontra l-abort meta Malta tissieheb fl-Unjoni Ewropea u b’hekk ikun qed jaghti xhieda fidili tat-twemmin u valuri nsara li jhaddan il-poplu Malti kif imheggin biex naghmlu mill-Qdusija Tieghu l-Papa. Il-Gvern ihoss li jista jizgura wkoll li d-Deputati Maltin fil-Parlament Ewropew ikunu jistghu jsemmghu l-istess vuci.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN