Left arrow Mur Lura

Is-sajd għat-tonn

PR903
Date Icon 26/06/2002

B’riferenza għal rapporti li qed jidhru u jixxandru fil-media dwar problemi li ltaqgħu magħhom sajjieda Maltin waqt is-sajd għat-tonn madwar 60 mil fin-nofsinhar ta’ Malta, il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd, l-Onor. Ninu Zammit jiddikjara li minn tagħrif li wasal mingħand is-sajjieda, il-problemi li kien hemm ma kienux jinvolvu sajjieda oħra barranin.

Il-Ministru Zammit fakkar li wara l-inċidenti li nqalgħu s-sena li għaddiet, ittieħdu inizjattivi anki min-naħa tal-Ministeru biex kemm jista’ jkun, inċidenti simili waqt is-sajd għat-tonn f’ibħra internazzjonali, ma jirrepetux ruħhom din is-sena. Dawn l-inizjattivi ħallew ir-rizultati mixtieqa, tant li anki sar ftehim għal dan l-iskop bejn is-sajjieda Taljani u s-sajjieda Maltin permezz taż-żewġ kooperattivi li jippreżentawhom lokalment, jiġifieri l-Kooperattiva Nazzjonali tas-Sajd u l-Kooperativa Għaqda tas-Sajd Ltd..

Dan il-ftehim ħalla riżultat posittiv, tant li ma kienu rappurtati l-ebda inċidenti bejn is-sajjieda. Il-problemi li nqalgħu, u li kawża tagħhom xi sajjieda Maltin tilfu partijiet mill-konzijiet, ma kinux kawżati minn sajjieda oħra iżda waqt li kienu qed jiġu rmunkati xi gaġġeġ.

Barra minn hekk, il-Ministru Zammit fakkar li l-Gvern kompla jagħti s-sehem tiegħu biex jgħin lis-sajjieda Maltin billi ppubblika regolamenti li permezz tagħhom spotter planes ma jitħallewx jużaw lil Malta bħala bażi mnejn imorru jfittxu għat-tonn. Anki dawn ir-regolamenti ħallew ir-riżultat mixtieq.

Il-Ministru Zammit fakkar ukoll li matul din l-aħħar sena il-Gvern inkluda lir-rappreżentanti tas-sajjieda f’delegazzjonijiet li marru barra minn Malta biex jiddiskutu dwar din il-problema.

Filwaqt li wera’ s-solidarjetà tiegħu mas-sajjieda li sofrew xi ħsarat fil-konzijiet tagħhom, il-Ministru Zammit qal li din il-materja ma tistax tirrisolvi ruħha bl-użu ta’ bastimenti militari iżda bi djalogu sinċier bejn il-partijiet kollha konċernati fuq bażi internazzjonali.

Fl-opinjoni tal-Ministru Zammit, wasal iż-żmien li jkun diskuss b’serjetà lokalment il-futur tas-sajd għat-tonn fl-isfond ta’ l-operat imħaddem mill-flotot barranin, li qed jistadu għat-tonn fl-istess żona u l-iżviluppi kollha f’dan il-qasam fir-reġjun tal-Mediterran.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow