IL-PADILJUN TA’ MALTA FIL-FIERA INTERNAZZJONALI
Għal darb’oħra, id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni qiegħed itella' l-Padiljun ta’ Malta fil-Fiera Internazzjonali li tiftaħ illum, l-Erbgħa 26 ta’ Ġunju. It-tema tal-Padiljun għal din is-sena hi "Malta – Unjoni Ewropea, x’qed jiġi negozjat".
Fil-Padiljun wieħed isib informazzjoni viżiva u awdjo-viżiva dwar in-negozjati li qed isiru mill-Gvern Malti ma’ l-Unjoni Ewropea u r-riżultati li ġew akkwistati s’issa, tagħrif ieħor ta’ interess ġenerali dwar Malta u l-Unjoni Ewropea, kif ukoll spots ta’ divertiment.
Il-membri tal-pubbliku li jżuru l-Padiljun ta’ Malta huma mistiedna li jieħdu sehem f’kompetizzjoni billi jimlew kwestjonarju. F’għeluq ta’ kull jum tal-Fiera, l-ewwel kwestjonarju li jittella' u li jkun fih mill-anqas erba' tweġibiet tajbin, jintitola lil kompetitur rebbieħ għal Żewġ Vjaġġi ma’ l-Air Malta għal xi belt Ewropea. Jittella' wkoll it-tieni premju li ser ikun jikkonsisti f’ Go Mobile Ready to Go all in one pack.
L-iskeda tal-premjijiet tal-vjaġġi bl-ajru bid-destinazzjoni rispettiva ta’ kull vjaġġ għal kull jum tal-Fiera tidher ħawn taħt.
Skeda tal-Premjijiet
Data | Destinazzjoni taż-żewġ vjaġġi |
L-Erbgħa, 26 ta’ Ġunju | Brussell |
Il-Ħamis, 27 ta’ Ġunju | Frankfurt |
Il-Ġimgħa, 28 ta’ Ġunju | Amsterdam |
Is-Sibt, 29 ta’ Ġunju | Pariġi |
Il-Ħadd, 30 ta’ Ġunju | Londra |
It-Tnejn, 1 ta’ Lulju | Stokkolma |
It-Tlieta, 2 ta’ Lulju | Milan |
L-Erbgħa, 3 ta’ Lulju | Vjenna |
Il-Ħamis, 4 ta’ Lulju | Ateni |
Il-Ġimgħa, 5 ta’ Lulju | Glasgow |
Is-Sibt, 6 ta’ Lulju | Ruma |
Il-Ħadd, 7 ta’ Lulju | Manchester |
Ir-rebbieħa jitħabbru kuljum fuq il-website tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni www.doi.gov.mt Wieħed jista' jikseb din l-informazzjoni wkoll billi jċempel fuq Freephone 153 f’kull ġurnata tax-xogħol bejn it-8.00a.m.u l-5.00p.m.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN