Left arrow Mur Lura

L-AWTORITÀ TAD-DJAR TNIEDI L-INIZJATTIVA "CARE AND REPAIR"

PR900
Date Icon 26/06/2002

L-Awtorità tad-Djar il-bieraħ nidiet inizjattiva taħt l-isem ta’ "Care and Repair". Waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet, ic-Chairperson ta’ l-Awtorità tad-Djar, Ms. Marisa Micallef Leyson, spjegat li din ma’ kienitx skema, iżda inizjattiva biex toffri għajnuna għal min ma’ jiġix għand l-Awtorità tad-Djar. L-idea hija li nilħqu l-dawk li ma jilħqux l-Awtorità tad-Djar.

Din l-inizjattiva tipprova tgħin lill min hu l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna, per eżempju, nisa anzjani li jgħixu waħedhom u ommijiet mhux miżżewġin. "Care and Repair" tipprova tilħaq nies emarġinati li jsibu diffikultà anke biex jimlew formola. Dawn in-nies ġieli ma’ jkunux jafu li teżiżti l-għajnuna. Jistgħu jkunu vittmi ta’ abbuż, nies li jkunu qieghdin ifiequ mid-depressjoni u ġieli jkunu l-ifqra fis-soċjetà, ħafna drabi jgħixu bil-benefiċċji soċjali biss.

Waqt li kien qed jindirizza lill-dawk preżenti, il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali Lawrence Gonzi qal li l-inizjattiva "Care and Repair" hija ħolqa minn katina aktar wiesgħa ta’ riformi li qed jiġu magħmula fil-għoti ta’ servizzi professjonali ta’ appoġġ soċjali. Il-Ministru fakkar kif il-Gvern beda riforma sħiħa sabiex jizġura li s-servizzi ta’ l-istat jingħataw lil min veru għandu bzonn. Il-ġlieda kontra l-abbuz fil-benefiċċji soċjali, it-twaqqif tal-Agenzija APPOGG bhala l-Agenzija ewlenija li tipprovdi servizzi ta’ appoġġ soċjali, kif wkoll l-introduzzjoni ta’ servizzi ta’ social work fiċ-ċentri tas-saħħa, fil-qasam ta’ l-anzjani, fil-qasam ta’ l-akkomodazzjoni soċjali u fil-qasam ta’ l-impjieġi huma kollha inizjattivi fi ħdan strateġija ta’ empowerment li dan il-Gvern huwa kommess għaliha.

"L-inizjattiva Care and Repair hija xempju ta’ koperazzjoni bejn zewġ Agenzija importanti fil-pajjiz, koperazzjoni li twassal sabiex jinqata d-dewmien zejjed, filwaqt li jiġu indirizzati l-bzonnijiet rejali ta’ dawk li jinsabu fil-bzonn filwaqt li jeħfiefilhom il-possibiltà li jibbenefikaw minn servizzi ta’ appoġġ soċjali", temm il-Ministru Gonzi.

Filwaqt li l-Awtorità tad-Djar toffri skemi għall-adattar u r-ranġar u diġà għenet numru konsiderevoli ta’ nies bl-iskemi - 1724 benefiċjarji mill-1998 - Care andRepair hija differenti għax toffri servizz aktar personalizzat. Per eżempju, meta wieħed japplika għall-skema, jingħata lista ta’ kuntratturi. Benefiċjarji imbagħad iridu jikuntattjaw il-kuntrattur huma u jirranġaw magħhom għat-tiswijiet. Taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair, l-istaff ta’ l-Awtorità tad-Djar jikkomunikaw mal-kuntratturi huma. Qiegħed isir hekk biex nies ikunu f’posizzjoni vulnerabbli ma’ jkollhomx inkwiet żejjed.

Hemm panel apposta li jiddiskuti każijiet. Il-membri tal-panel huma rappreżentanti ta’ l-Awtorità tad-Djar, l-Aġenzija Appoġġ u d-Dipartiment għall-Akkommodazzjoni Soċjali taħt chairmanship ta’ l-Awtorità tad-Djar. Każijiet jistgħu jkunu referuti mis-social worker ta’ l-Aġenzija Appoġġ jew mill-kuntatti li għandha l-Awtorità mal-kappillani eċċ. Imbagħad is-sezzjoni teknika ta’ l-Awtorità tad-Djar tagħmel spezzjoni fuq il-post. Kull każ jiġi diskuss fuq il-merti tiegħu u s-social worker iżżomm kuntatt mal-klijent u tavżah dwar l-outcome.

L-idea hija li noffru servizz ta’ housing, għalhekk il-kelma "Repair", waqt li s-social workers joffru servizzi oħrajn, għalhekk tidħol l-aspett ta’ Care. "Wieħed irid jiftakar", spjegat ic-Chairperson, "li problemi ta’ housing mhumiex problemi isolati. Generalment ikun hemm bosta problemi fil-ħajja ta’ xi ħadd u l-housing tkun biss waħda minnhom. Din hija r-raġuni li introduċejna sistema aktar holistika biex insolvu l-problemi".

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow