Left arrow Mur Lura

STQARRIJA

PR896
Date Icon 25/06/2002

B’risposta għall-interess li wriet il-media fil-laqgħa li saret dalgħodu, is-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru qal li hu mexxa l-laqgħa tas-Segretarji Permanenti kif kien ippjanat u li din kienet waħda mil-laqgħat li jsiru regolarment bejn is-Segretarji Permanenti.

Fil-laqgħa ta’ dalgħodu, is-Segretarji Permanenti iddiskutew numru ta’ proġetti li jridu jsiru matul id-disa’ xhur li ġejjin. Bħal f’laqgħat oħrajn, id-diskussjoni kienet dwar kif ix-xogħol tal-Ministeri u d-Dipartimenti tal-Gvern jista’ jissarraf f’riżultati konkreti għall-benefiċċju tal-pubbliku.

Is-Servizz Pubbliku huwa fid-dmir li jġib fis-seħħ il-programmi u l-prioritajiet tal-Gvern. Għal dan il-għan qed iwettaq ħafna xogħol f’oqsma differenti inklużi oqsma li minkejja l-importanza tagħhom mhux dejjem jiġbdu l-attenzjoni, bħal per eżempju, it-tisħiħ tal-kontroll fuq l-immigrazzjoni u l-issorveljar tas-swieq lokali biex jiġi żgurat li qed jaħdmu b’effiċjenza fl-interess tal-konsumatur.

Is-Segretarji Permanenti ilhom jiltaqħu regolarment għal ħafna snin biex jikkordinaw ix-xogħol tagħhom u jiżguraw li s-Servizz Pubbliku qed jilħaq il-miri tiegħu b’mod effettiv.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow