Left arrow Mur Lura

IKKONTROLLATA ROQGĦA ŻEJT

PR895
Date Icon 24/06/2002

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura jinforma lill-pubbliku li dalgħodu ħareġ xi żejt mit-Tank Cleaning Farm tal-Malta Drydocks f'Rinella.

Appena kien infurmat b'dan l-isbokk ta' żejt mill-impjant fil-baħar l-Oil Pollution Response Module fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura ha l-passi biex iżomm dan iż-żejt milli jinxtered mal-bajja.

Bil-kooperazzjoni sħiħa tal-Malta Drydocks tqiegħdu booms fejn ħareġ iż-żejt biex ġie kontrollat milli jkompli jinxtered. Intbagħtu fuq il-post iż-żewġ laneċ l-mv Ambjent u l-mv Monka, kif ukoll rubber dinghy li bdew immedjatament operazzjoni biex jitneħħa dan iż-żejt. Ir-roqgħa taż-żejt ġiet kontrollata.

L-operazzjoni biex ġiet kontrollat u biex jinġabar iż-żejt qed titmexxa mis-Sur Tony Mallia, Kap ta' l-Oil Pollution Response Module li qed jaħdem flimkien u b'kooperazzjoni sħiħa ma' uffiċjali u ħaddiema tat-Tank Cleaning Farm

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow