Left arrow Mur Lura

IL-FTUĦ TA’ WIRJA TA’ L-ARTIĠJANAT FIL-KWARTIERI TAL-ĠNUS MAGĦQUDA.

PR894
Date Icon 24/06/2002

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo flimkien mal-Vici Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali l-Onor Dr. Lawrence Gonzi inawgura esebizzjoni ta’ l-Artiġjanat fil-preżenza tad-Direttur Ġenerali għall-Ġnus Magħquda s-Sur Sergei Ortzhorikidze u diversi uffiċjali oħra li jaħdmu u joffru servizz mil-qrib lill-pajjiżna. L-esebizzjoni ttellet fil-Kwartieri Ġenerali ta' din l-organizazzjoni li tinsab f'Ġinevra, l-Isvizzera f’waħda mil-libreriji fil-Kwartieri Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fejn din l-esebizzjoni ser iddum miftuħa sa l-aħħar ta' Lulju.

Din l-esebizzjoni ġiet organizzata mill-Kunsill Malti għall-Artigjanat bħala parti mil-ħidma tiegħu li qed iwettaq biex jara kif l-artiġjanat Malti jkun aktar apprezzat. Il-parteċipazzjoni ta’ diversi Artiġjani f’din il-wirja għandha tghin biex l-Artiġjan Malti jkollu aktar fiduċja fl-abbilità u l-kapaċità tiegħu.

“Irridu lkoll nuru li l-Artiġjanat Malti għandu valur miżjud li għandu jkun apprezzat. Din l-esebizzjoni fil-Kwartieri tal-Ġnus Magħquda u l-apprezzament li l-uffiċjali mill-iżjed għolja li jaħdmu f’dan il-kwartieri wrew għall-Artiġjant Malti għandu jservi kemm ta’ kuraġġ għal artiġjani kif ukoll għal kull min qiegħed involut fis-suq li jara fl-Artiġjanat Malti u Għawdxi potenzjal u prodott li għandu jkun offrut fin-negozji tagħna" tenna s-Sur Vassallo.

Huwa qal li l-ħidma tal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat għandha twassal biex l-artiġjani jżidu l-bejgħ ta' l-Artiġjanat kemm għat-turisti kif ukoll għall-Maltin. Huwa kompla jgħid li l-Kunsill Malti għall-Artiġjanat ser ikompli jaħdem ma’ Ambaxxaturi Maltin biex fl-Ambaxxati tagħhom jorganizzaw esebizzjoni permanenti b’Artiġjant Malti u Għawdxi.

L-esebizzjoni fil-Kwartieri Ġenerali tal-Ġnus Magħquda ma kienetx tkun possibbli li kieku ma kienx għall-ħidma tal-Missjoni Maltija f’Ġinevra u bil-għajnuna personali ta' Dr. Michael Bartolo u Ms. Annabelle Mifsud. Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo rrefera għal din l-attività bħala parti minn ġabra ta’ attivitajiet oħra li kollha huma maħsuba biex naraw l-Artiġjanat offrut u mibjugħ aktar fin-negozji tagħna.

"Għandna prodott tajjeb u sabiħ ejjew inbiegħuh. Meta qegħdin inkunu kapaci nippreżentaw u nbiegħu l-prodott tagħna flimkien qegħdin inwettqu ħidma li toħloq l-impjiegi u tħares l-impjiegi li huma mferrxa f’diversi negozji żgħar ta’ Artiġjani.” sostna s-Segretarju Parlamentari.

Il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat qed jaħdem biex ikunu organizzati diversi attivitajiet oħra simili fejn l-Artiġjanat ikun aktar apprezzat u mwassal biex ikun prodott li kapaċi jinbiegħ. Għalhekk bħal ma l-Ambaxxata Maltija f’Ġinevra laqghat it-talba tal-Kunsill, il-Kunsill jistieden lil diversi Ambaxxati ohra, Kunsilli Lokali kif ukoll Kazini tal-Baned biex jorganizzaw attivitajiet simili fejn l-Artigjanat ikun apprezzat u l-artiġjani jkunu mogħtija l-kuraġġ u l-fiducja li jeħtieġilhom biex dawn ikunu kapaċi jwasslu l-prodott tagħhom fis-suq.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow