Stqarrija mis-Segretarju Parlamentari l-ONOR. Edwin Vassallo
Id-direzzjoni li pajjiżna qed jieħu biex isir membru fl-Unjoni Ewropea qegħda sservi ta’ gwadann għas-self-employed u negozji żgħar. Kull deċiżjoni li ħa l-Gvern biex jara li jkun kompatibbli mal-politika ta' l-Unjoni Ewropea rigward is-self-employed u negozji żgħar Maltin u Għawdxin huma deċiżjonijiet li l-Gvern Malti ħa wara konsultazzjoni ma' l-istess settur imprenditorjali Malti u Għawdxi.
Għal kuntrarju ta’ dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni fil-kritika tagħha tal-politika tal-Gvern favur is-sħubija fl-Unjoni Ewropea, fejn l-Oppożizzjoni qed tipprova toħloq biża' fost is-self-employed u negozji żgħar, u tgħid li issa dawn ser jiffaċċjaw kompetizzjoni mill-barranin, il-Gvern qed jara li jwettaq t-tibdil meħtieġ biex jassigura li f’pajjiżna s-self-employed u n-negozji żgħar ikollhom l-istess servizz kif il-kompetituri tagħhom fil-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea diġa għandhom. Il-Gvern qed jara li jkollna struttura ta’ leġiżlazzjonijiet li jagħmluha diffiċli biex xi ħadd jinnegozja bla permess.
Il-Gvern Malti huwa determinat li flimkien ma' l-Unjoni Ewropea jtejjeb is-servizzi tiegħu lejn dan is-settur u dan l-impenn jidher ċar miċ-Charter Ewropew għan-Negozji Żgħar.
Kull deċiżjoni li ħa l-Gvern, ħadha wara konsultazzjoni ma' l-għaqdiet tan-negozju. Dawn id-deċiżjonijiet ser itejbu s-servizz tal-Gvern lejn is-self-employed u negozji żgħar. Dan jidher ċar mill-prinċipji u l-linji ta’ azzjoni taċ-Charter Ewropew għall-Intrapriżi ż-Żgħar, li jindika li l-impenji ta’ l-Gvern ma' l-Unjoni Ewropea ser igawdu minnhom l-iżjed is-self-employed u n-negozji żgħar.
Bl-Unjoni Ewropea is-self-employed jaqbilhom għaliex ser ikollhom Gvern li ser ikun obbligat jagħtihom widen u joħloq l-aħjar strutturi ta’ servizz ta' għajnuna għal min qiegħed fin-negozju.
L-oppożizzjoni bil-biża’ li qed tipprova xxerred fost is-self-employed, qed tagħmel minn kollox biex itellef lis-self-employed milli jaħdmu bl-istess għajnuna, bħal ma kompetituri tagħhom diġa’ jgawdu fl-Unjoni Ewropea.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN