Left arrow Mur Lura

TNEDIJA TA’ L-ISTRATEGIJA GHALL-OPERAT TAL-ETC GEWWA GHAWDEX

PR872
Date Icon 18/06/2002

"Il-Gvern, permezz tal-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig illum nieda dokument dwar l-istrategija ghall-operat fil-qasam ta’ l-impjiegi u t-tahrig gewwa l-gzira ta’ Ghawdex. Dan id-dokument jipprezenta l-qaghda tas-suq tax-xoghol gewwa Ghawdex, janalizza d-diffikultajiet li jistghu jtellfu mill-holqien ta’ l-impjiegi u jfassal strategija dwar kif is-suq tax-xoghol Ghawdxi jista’jadatta ruhhu kemm f’dak li ghandu x’jaqsam mal-kisba ta’ hiliet kif uoll f’dak li ghandu x’jaqsam mal-holqien tal-impjiegi." Dan qalitu l-Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono dalghodu meta flimkien mal-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali Lawrence Gonzi indirizzat konferenza ta’ l-ahbarijiet.

Il-Ministru ghall-Politika Socjali Lawrence Gonzi sahaq fuq il-bzonn ta’ stategija mahsuba u mfassla wara analizi dettaljat tas-sitwazzjoni prezenti. Il-Ministru Gonzi qal li l-Gvern qieghed jintroduci riforma storika fil-qasam tax-xoghol permezz ta’ ligijiet u mizuri godda li ser jaghmlu s-suq tax-xoghol aktar flessibli u adattat ghall-rejaltajiet socjali u ekonomici tal-pajjiz.

Ghawdex huwa beneficcjarju kbir ta’ dawn il-mizuri minhabba s-sitwazzjoni specifika tieghu. Kien ghalhekk li l-ETC hejjiet dan ir-rapport li ser jipprovdi opportunita’ ta’ konsultazzjoni ma’ dawk kollha interessati sabiex jigi mhares is-suq tax-xoghol Ghawdxi, filwaqt li jigu garantiti r-rizorsi umani bil-hiliet necessarji.

Il-Ministru Gonzi rrimarka li s-sena l-ohra Ghawdex irregistra l-anqas numru ta’ persuni qieghda f’dawn l-ahhar seba’ snin. Dan, madankollu, ma ghandux jserrah mohh hadd. Hemm bzonn li tizdied ir-rata ta’ partecipazzjoni fid-dinja tax-xoghol gewwa Ghawdex, rata li hija baxxa wisq mhux biss ghan-nisa Ghawdxin imma ghall-irgiel wkoll. Hemm bzonn wkoll ta’ programmi ta’ akkwist ta’ hiliet fost dawk li qed jirregistraw peress li l-maggoranza taghhom huwa rraportat li ghandhom hiliet bazici wisq.

Din l-istrategija hija wahda miftuha u ghalhekk hemm bzonn li kemm min ihaddem kif wkoll t-Trade Unions u l-korpi kostitwiti jaghtu l-fehmiet taghhom u b’hekk it-twettiq taghha ikun miftiehem u mwettaq minn kull settur ta’ attivita ekonomika. Kopji ta’ dan id-dokument jidhru fuq il-website tal-Ministeru ghall-Politika Socjali: http://www.msp.gov.mt kif wkoll fuq il-website tal-Ministeru ghal Ghawdex: http://www.gozo.gov.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow