Left arrow Mur Lura

ESPORTAZZJONI TA’ BASAL LEJN L-OLANDA

PR871
Date Icon 18/06/2002

Kunsinna ta’ aktar minn 10 tunnellati basal se tkun esportata bi prova lejn l-Olanda fil-jiem li ġejjin.

Dan il-basal, li tkabbar minn żerriegħa impurtata minn Iżrael, bħalissa qed jintagħżel fil-grading station f’Ta’ Qali.

Il-basal se jkun esportat mid-ditta Raymond Abdilla Import and Export.

Sadattant, żewġ kumpanniji lokali oħra, Vecpoint Ltd u Agro Import Ltd, il-bieraħ esportaw flimkien lejn il-Belġju kunsinna ta’ madwar 20 tunnellata tadam imkabbar fis-serer minn bdiewa Maltin. Din hi l-ewwel darba li dawn il-kumpanniji qed jesportaw it-tadam filwaqt li jinsabu għaddejjin bi trattattivi dwar il-possibbiltà ta’ esportazzjoni ta’ dulliegħ ukoll lejn il-Belġju.

Waqt żjara li għamel dalgħodu fil-grading station f’Ta’ Qali biex isegwi l-għażla tal-basal, il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd Ninu Zammit esprima l-apprezzament tiegħu għal inizjattivi ta’ din ix-xorta minn ditti privati u wera t-tama li inizjattivi simili jibdew jittieħdu wkoll mill-għadiet tal-produtturi li jridu jitwaqqfu fis-setturi tal-biedja u s-sajd bl-iskop, fost l-oħrajn, li jsibu swieq ġodda għall-prodotti fis-settur tagħhom.

Il-Ministru Zammit fakkar li ilu kważi 20 sena ma jkun esportat il-basal fuq bażi kummerċjali għalkemm kienu esportati xi kunsinni bi prova fl-1988 u fl-1997. Hu qal li peress li l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli hi waħda fraġli jrid ikun hemm kooperazzjoni sħiħa bejn min ikabbar u min jesporta biex jintlaħqu l-istandards kollha li qed jimponu l-importaturi barranin. Hu żied li fir-rigward tal-basal jidher li l-esportazzjoni tiddependi ħafna fuq prodott li jilħaq aktar kmieni milli hu l-każ illum u allura jista’ jkun li jkollhom jintużaw metodi ġodda ta’ tkabbir.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow