PUBBLIKATA L-ISTATISTIKA TAL-QRATI GHAX-XAHAR TA’ MEJJU: FIL-QRATI CIVILI JINQATGHU IKTAR KAWZI MILLI JIGU INTRODOTTI
Il-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern Lokali qieghed jippublika l-istatistika tal-kawzi ghall-Qrati Civili u Qrati Kriminali relattiva ghax-xahar ta' Mejju u dik konsolidata ghall-ewwel hames xhur ta' din is-sena.
Qrati Civili
F'Mejju 2002, inqatghu aktar kawzi milli gew introdotti fil-Qrati u Tribunali segwenti - Qorti ta’ l-Appelli Civili (Superjuri), Qorti Civili Prim Awla, Qorti tal-Magistrati u l-Bord dwar il-Kontroll tal-Kirjiet, waqt illi fit-Tribunal ghat-Talbiet iz-Zghar id-differenza kienet biss minima.
Ta' min jinnota li dan ir-rizultat fir-rigward tal-Qorti ta’ l-Appelli Civili (Superjuri) biddlet trend negattiva li kienet prezenti fl-ahhar erba’ xhur, meta f'kull xahar gew decizi anqas kawzi minn dawk introdotti.
Fuq bazi konsolidata ta' min jinnota illi komparat ma’ l-ahhar tas-sena 2001 il-kawzi fil-Prim Awla tal-Qorti Civili naqsu b'5% waqt li dawk fil-Qorti tal-Magistrati naqsu bi 13%.
Ghall-kuntrarju izda, il-kawzi pendenti fil-Qrati kollha ta’ l-Appell zdiedu u dan hu dovut, in parti, ghat-tibdil li necessarjament kellu jsir fid-doveri tal-gudikanti wara n-nomina tal-Prim Imhallef gdid. Jehtieg li din iz-zieda registrata fl-ewwel hames xhur tigi kancellata fix-xhur li gejjin.
It-Tribunal ghat-Talbiet Zghar irregistra zieda fil-kawzi pendenti ta' 18%, dovut ghal zieda qawwija hafna fin-numru ta' kawzi godda min mindu saru l-emendi ghall-kompetenza finanzjarja. Ix-xahar li ghadda gie ghalhekk appuntat Aggudikatur gdid li mistennija tibda tahdem min dan ix-xahar.
Qrati Kriminali
F'Mejju, il-Qrati tal-Magistrati komplew bit-trend li jiddisponu min aktar kawzi milli jidhlu biex b'hekk il-kawzi pendenti quddiem din il-Qorti naqsu bi ftit aktar minn elf fl-ewwel hames xhur ta' din is-sena.
Ftit kien hemm caqliq fil-Qrati l-ohra ghalkemm irid jinghad li kompliet it-trend negattiva fil-Qorti ta’ l-Appelli Kriminal, trend indubbjament dovuta ghall-istess ragunijiet ta' l-istess Qrati fil-kamp Civili.
.Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN