Left arrow Go Back

TENDERS GĦAL XOGĦLIJIET TA' AKTAR MINN LM 3 MILJUNI

PR860
Date Icon 17/06/2002

Fil-ġimgħa li għaddiet il-Fondazzjoni Għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) ħarġet numru ta' sejħiet għall-offerti (call for tenders) biex jibdew xogħlijiet fuq proġetti li meta jitlestew ifissru investiment ta' aktar minn Lm 3 miljun fl-iskejjel ta' l-Istat. Dawn is-sejħiet jinkludu: il-bini ta' skola sekondarja u kumpless sportiv fil-Karwija; xogħlijiet estensivi fuq is-soqfa ta' l-iskola primarja tal-Gżira, u xogħlijiet biex titjieb il-kwalità ta' l-arja fl-iskola sekondarja F.X. Attard, Marsa.

Is-sejħa għall-offerti għall-bini ta' skola sekondarja u kumpless sportiv fl-inħawi tal-Karwija, bejn Ħal-Kirkop u Ħal-Safi, għandha twassal biex tinbena skola li tiflaħ madwar 900 student li tkun tista’ tiġi estiża biex takkomoda 100 studenti ieħor jekk ikun hemm bżonn. L-iskola se tkun mibnija skond l-ispeċifikazzjonijiet u l-ħtiġijiet tal-Kurrikulu Nazzjonali u għalhekk se jkollha klassijiet imdaqqsin (aktar minn 60 m2), laboratorji, kappella, kmamar speċjali għal studenti b'nuqqas ta' dawl jew smiegħ, multi-purpose rooms, kmamar għall-għalliema, eċċ. L-iskola se tkun aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali u se tkun ukoll kompletament konformi mar-regolamenti tas-saħħa u s-sigurtà. L-iskola se tkopri art ta' madwar 20 tomna iżda terż biss min din l-art se tintuża għall-bini ta' l-iskola, il-bqija ta' l-art se tkun użata għall-Kumpless Sportiv u landscaped għar-rikreazzjoni ta' l-istudenti.

L-Awtorità ta' l-Ippjanar diġà ħarġet il-permessi kollha biex isir dan l-iżvilupp. L-ewwel tenders li qed jinħarġu jinvolvu xogħlijiet ta' skavar u bini u għalhekk huma ta' interess għal kumpaniji ta' kostruzzjoni li għandhom ir-riżorsi meħtieġa biex jibnu l-istruttura fi tmien xhur - iż-żmien stipulat biex isiru x-xogħlijiet.

Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada se tkun qed tara li x-xogħlijiet jagħmlu l-anqas impatt fuq l-ambjent u l-istrutturi storiċi li hemm fl-inħawi, għalhekk se jitwaqqaf environment and heritage monitoring and conservation team. Fl-inħawi hemm numru ta' shelters, Ħajt ta' l-Imtali, fdalijiet ta' kappella medjevali u katakombi. Il-landscaping se jsir b'mod li s-siġar li jinżergħu ma jkunux ta' dannu għas-saħħa ta' l-istudenti u waqt ix-xogħlijiet se jittieħdu miżuri biex it-trabijiet jibqgħu taħt kontroll u t-trakkijiet ma jħammġux l-inħawi. Dan kollhu juri kemm il-Fondazzjoni għall-Iskellel ta' Għada hi sensittiva għall-ħarsien ta' l-ambjent.

Ix-xogħlijiet li se jsiru fl-iskola primarja tal-Gżira, jinvolvu t-tibdil tas-soqfa kollha ta' l-iskola li ddeterjoraw tant li hemm bżonn li jinbidlu. Hu mistenni li sa ma tibda s-sena skolastika li jmiss isiru x-xogħlijiet meħtieġa fuq is-soqfa kif ukoll isir xogħol ta' tikħil u tibjid biex b'hekk l-istudenti li jidħlu fl-iskola f'Settembru li ġej jidħlu fi skola b'ambjent aħjar u protett.

L-iskola sekondarja F.X. Attard tinsab fl-inħawi tal-Marsa u f'diversi okkażjonijiet l-istudenti u l-istaff ta' l-iskola kienu jilmentaw li l-arja kienet tkun imniġġsa u tagħmel ħsara għal saħħithom. Wara rapporti minn esperti u inġiniera, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada ser twettaq proġett biex ġewwa l-bini ta' l-iskola l-arja tkun aktar nadifa. Fl-iskola se ssir sistema ta' ventilazzjoni b'filters apposta li se twassal l-arja nadifa fil-klassijiet kollha. L-arja se tkun ippurifikata u kondizzjonata biex il-klassijiet ikunu jistgħu jibqgħu magħluqa meta l-arja barra ma tkunx tajba. Biex din is-sistema taħdem hemm bżonn li s-servizz tad-dawl ikun imsaħħaħ u għalhekk qed tinbena tinbena sub-station tad-dawl ġdida.

Barra minn dawn is-sejħiet, f'dawn il-ġimgħat għalqu numru ta' tenders oħra li jinkludu:

Xogħol ta' bini u estensjonijiet fil-primarji u s-sekondarja f'Tarxien. Dawn jinkludu bini ta' klassijiet ġodda u sala ġdida.

Xogħol biex issir konverżjoni ta' laboratorju tal-Home Economics fl-iskola San Franġisk ta' Assisi - Sta. Venera.

Xogħol ta' aluminium, elettriku, ilma u finitura fl-iskola Sir Temi Żammit fl-Imtarfa.

Dalwaqt għandhom joħorġu ukoll dawn it-tenders:

Xogħlijiet ta' elettriku fil-kumpless sportiv ta' Kordin

Xogħol fuq laboratorji fl-iskola San Franġisk ta' Assisi - Sta. Venera.

Sar wkoll il-Kuntratt mal-Kalaxlokk biex hekk kif jispiċċaw l-eżamijiet jibda x-xogħol fl-iskola ta' Wied il-Għajn.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow