RATI GODDA TA’ HLAS GHAL PAZJENTI BARRANIN GHAL SERVIZZI LI JINGHATAW MINN SPTARIJIET MALTIN
Illum gie ppublikat fil-Gazzetta tal-Gvern, Avviz Legali li permezz tieghu gew riveduti r-Regolamenti dwar hlas li pazjenti barranin ihallsu ghal servizzi li jinghataw mill-isptarijiet u servizzi ohra tas-Sahha tal-Gvern. Bl-ebda mod dawn il-hlasijiet ma huma ser jinvolvu pazjenti Maltin. Is-servizzi tas-Sahha tal-Gvern ghal persuni Maltin ser jibqghu b’xejn kif kien sa’ llum.
Il-bidliet principali fl-Avviz Legali jirriflettu ahjar l-ispejjes kurrenti tad-Divizjoni sabiex tipprovdi servizzi, ghaliex l-ahhar darba li gew amendati r-rati tal-hlas kien fi Frar 1997 jigifieri hames snin ilu. Kulhadd jaf illi f’dawn il-hames snin zdiedu l-pagi u s-salarji ta’ l-istaff u zdiedu sostanzjalment l-ispejjez konessi ma’ xiri ta’ medicini u apparat mediku mehtieg biex tinghata l-aktar kura moderna possibli.
L-ewwel tibdil tinvolvi l-ispiza ta’ gurnata kura fl-isptar ghaliex flok tariffa wahda issa ser ikun hemm tliet rati jigifieri kura fl-ITU, kura f’High Dependency Units u kura f’ward normali. Saru bidliet fil-mizati ghall-operazjonijiet kollha. Gew riveduti wkoll tariffi ghall-proceduri medici bhal CT Scan, Gamma Scan, Cardiac Angiography, Peripheral Angiography, MRI, Cardiac Angioplasty u saret tariffa gdida ghal kull stent.
Dawn il-bidliet mistennija jaffettwaw madwar 55% tal-pazjenti barranin li jircievu kura fl-isptarijiet taghna peress li r-rati tal-hlas ma japplikawx ghar-Renju Unit u ghall-Awstralja li maghhom ghandna ftehim reciproku. Dawn il-bidliet ifissru li l-isptar ser jiehu hlas xieraq ghas-servizzi li joffri lil dawk li m’humiex intitolati ghal kura medika b’xejn.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN